Wednesday, March 14, 2007

Dellijiet u ticrit quddiem il-bieb tad-dar

Mhix qieghda fi stat dilapitat, darna, izda jinhass in-nuqqas ta' handy man. missieri ga qabez tlett xhur 'il boghod minn xtutna. kien jinhass xi kultant.

sibna bicca gebla sitt pulzieri b'erba fuq il-bankina, isserrah mat-tyre tal-karrozza l-gdida tal-purtinar. Kien isibha komda jipparkja quddiem id-dar taghna, izda kien ixoqq l-gharaq ghalih kieku ra' din ix-xena.

Kienet waqghat mill-gallarija taghna.

il-kbir Alla ried li ma jkunx hemm konsegwenzi koroh fuq din il-bicca xoghol, ghaliex seta' kien hemm hafna iktar hsara minn hekk. it-triq taghna traffikuza, izda ghamel mod li dak il-hin ma kien ghaddej hadd u ghaddiet bi zbrixx minn mal-karozza u aqqas hawn ma nholqot hsara.

Ommi kienet qed thossha responsabbli u kienet tidher li tixtieq li kien hemm missieri halli jiehu kollox f'idejh u jirrimedja.

jien ma dehrlix li kien hemm iktar periklu izda hi dehrilha li ma dawn l-affarijiet ma ticcajtax u marret issaqsi l-parir ta' Louise, il-pulizija user friendly tar-rahal taghna.

hassitha hafna iktar kuntenta u sodisfatta waqt li kienet qed twaqqaf zewg gebliet taht il-gallarija taghna u torbot it-tape maghhom 'pulizija police pulizija police' li ddubbat mill-ghassa tar-rahal. ghall-inqas issa kien hemm xi forma ta' twissija.


-


Anke jekk kienu ga saru l-ghaxra ta' filghodu, xorta ma nifrahx meta ommi tigi tparla f'kamarti u tnaffarli l-isbah nghasa tal-gurnata. izda din kienet hag'ohra.

ir-rahal kien qam fuq ponot subajh, kien ghatxan ghal verita, ma kienx jaf b'fatti u l-ahbarijiet tal-ghaxra ta' filghodu ma kienu semmew xejn. issa kienu qed jistennew l-ahbarijiet tal-hdax forsi jitfa' xi dawl fuq il-kurzitajiet taghhom.

Hekk kif dehret ommi fuq l-ghatba ta' connie tal-grocer, in-nies baxxiet lehinha, izda forsi setghet titfa' xi dawl.

'x'inqala mar? kif ma semmew xejn l-ahburijiet? mir-rehel taghna kien? jew xi frustier?'


-


Konna intlifna. Fil-kantina umda u b'dik il-kesha fina ta' xitwa li bdiet tard. tlett sieghat kienu taru. izda dvds politikament skorretti kienu l-hobz biz-zejt ghalina. infaqqghu id-dahk fis-sieghat ta' fil-ghodu quddiem it-televixin qisu ghada hadd m'hu xoghol.

izda kien sar wisq hin u kelna nitfu kollox. nibghat lill-shabi f'darhom halli jien inkun nista' nigbed ftit irqad. Xorta f'burdata ta' burdell, bi tbissim maqsum ghedtilhom biex joqghodu attenti huma w hiergin minn darna, ghax it-tape li kienet ghamlet ommi kien xhieda ta' delitt fahxi quddiem biebna, u jien dort biex nitla' norqghod.

Izda f'widnejn hija nstemghet tajba wisq din u hass li ma kellhiex tieqaf hawn.


girja wahda sal gnien.
bicca gibs.
kevin mal-art fuq il-bankina.
sakemm immarka l-outline tieghu pass il-boghod mit-tape li kienet ghamlet ommi.


u kulhadd mar jorqghod kuntent u sodisfatt.


Friday, November 10, 2006

te' bit-trab u l-atlas

issa qed nikteb wara li ghadda hafna zmien u nbidlu -affarijiet izda l-memorji xorta ghadhom jghammxuni bil-pjacir, imdawwar b'erba' pakketti sigaretti vojta u bl-irmied ifur mil-extrej u jistrieh fuq il-mejda


ghandi s-cd bir-ritratti x'igeddiddli l-memorji izda huma biss bhal meta jkollok karta kollha kliem u b'xi ftit minnhom imzellgin bil-highliter biex tiftakar.

mil-bidu konna grupp alternattiv, u kliem missierha kien jigbor kollox f'baskett helu "m'ghandekx ghalxiex tgerger, gix body guards bhal dawk jiehdu hsiebek"

bhal kull gita ohra tfasslet ta' malajr, u jien bqajt nitnikker sal-ahhar biex imlejt il-bagalja. izda kont ha niftah il-bieb ghal hafna tqanqil.

il-marokk x'ha tmorru tghamlu~?



l-ajruplan tefghana f'maqjel, kazablanka

inzilna bil-lejl u r-ragel ta' wara l-bar, minn qalb id-duhhan qalilna li hemm m'ghandhomx 'brand morocco'. il-flixkun birra li ordnajna x'aktarx iddubbah minn xi bar fit-triq ta' warajhom u l-kont ta' xi ghaxar liri taghhulna mara/ragel bi tbissima mdennsa.

x'hin qomna fil-ghodu grejna ghal-karozza minn qalb l-intejjen u s-saqajn tat-tigieg fuq il-bankini biex nintefghu fil-peugeot li kien se jibdlilna l-ewwel impressjonijiet kollha ta' dal-pajjiz, u hrabna 'l barra mill-genn u l-istorbju ta' belt li tixtieq tkun izda mgegga wisq.


harget ix-xemx u dhalna f-film


ghaddejjin minn fejn high ridge taghhom bil-palazzi lussuzi fuq naha, u ftit ramel u l-immensita tal-atlantiku fuq in-naha l-ohra. ma kellnhex kmamar mikrijjin, konna se niggebdu m'ghonq it-triq u naraw x'ittina.

l-istering tal-partner iddendilna mieghu ghal xi hmistax-il siegha biex inizlna mal-kosta tal-ocejan; sieghat imtektkin b'waqfiet l'hemm u l'hawn.


daqqa ma' abdul li ried idawwarna l-forti portugiza, u daqqa ma' mustafa li hadna taht idejh u ried isajrilna hu.


mixhut b'idejja miftuhin zaqqi l'fuq, fil-bajja mmensa ta' oualidia nisma t-tokki imelsuili widnejja: when you came my way, you brightened every day, with your sweet smile

tbissima ppersonifikata

nirvana ohra

id-demm ibbies bil-kesha li hassejt x'hin dherli naqbez fl-ocejan, izda xorta ma seghtax iwaqqaf il-pjacir li kien qed ghaddej f'ruhi


ergajna ersaqna mat-triq biex nithaddtu m'iktar avventuri.

marrakexx kellna nghaddu naqra bil-fors, nintilfu qalb il-karrettuni tal-laring biex nidhlu fi sqaqien mimlijjin b'kull tip ta' ramazolji u wcuh imbissmin. ghalkemm jiehdu gost jekk nuruhom il-flus, xorta bizzejjed ghalihom jekk niehdu naqra te' taz-zafran u nghidu kelmtejn maghhom.

l-avventura mbuttatna biex inkomplu fil-vjagg u ghafasna biex inserrpu l-muntanji. il-villaggi tal-hamrijja wit-tribuwjiet li l-ebda civilizzazjoni baqghat ma' sseduciet.

ghax ghal kemm xorta kelli risepxin fil-mobile ahna w ghaddejjin minn ouarzazate, mhux b'injuranza, in-nies xorta jghazlu li jkunu sid taghhom infushom u jistmerru l-ixkiel tat-teknologijja.



nergghu naqbdu t-triq id-dritta ghax m'hammid ridna mmorru biex naraw ramel biss.



u rnexxielna



imdawwar bil-glud tal-annimali li jaghmlu t-tinda, nohrog imgezwer fl-imkatar u nimxi sal-quccata tad-duna l-kbira, nitfa' dahri mal-ifjen ramel u nitpaxxa.


l-ewwel darba li smajt is-silenzju.


wara ikla tajba fuq il-fuklar u t-tagghin, kelna festa ghana u daqq kif ittik l-ospitalita u l-hbiberijja marokkina. qtajna xewqitna.


mal-lejl kelna nitgezwru sewwa, ghaliex anke tempesta ramel messitna, izda konna rajna bizzejjed.


intemmet malajr wisq, anke l-vjagg disa' sieghat lura biex naqbdu l-ajruplan bis-sur marley jzommilna kumpanijja.

konna tard, triq dritta u ghoxrin fuq in-numru li kien hemm fuq it-tabella. bilfors kellu jwaqqafna tal-beritta. izda xorta ferah x'hin induna li ahna frustieri u mliena bil-pariri tieghu biex inkunu fil-hin.


x'mortu tghamlu l-marokk allura?

is-cd stampi li ghandi ha nghammillu kopja biex ma nitilfux zgur.



²

Saturday, August 05, 2006

kEmm tibbawnsJa

Kien ilu minn xis-saghtejn ta' wara nofs inhar f'mohhi li rrid nibaghtlu.

qisu kullhadd kien qed juri nuqqas ta' hegga ghal hrug. kontra kull kurrent hu jista' johrog bil-lanterna f'idu

anzi, bghattli hu!


ried li nohorgu. wara ta' bil-lejl kien ittardja naqra, imma qisu xorta ferrxet dik il-conversation tal-catching up tas-soltu. jigbed l-attenzjoni li ga saret izda jkompli qisu l-ewwel darba.


paceville fis-sajf, hehehehe

mall-ewwel qisni dhalt bil-popemobile, u nsellem l'hawn u l'hemm u nerfa' t-trabi biex inberikom


kien jaf fejn kellna niltaqghu imma qisu beda jittardja. u ftakart fil-festin fil-genb li konna mistednih ghalih

mort u mdawrin b'ucuh imbissmin tal-familja; gej u sejjer biex nara nsibux, imbghad fl-ahhar sibtu! ghax ried jara l-foam fuq bizlejn in-nisa hey.


taht l-art sibna r-rifugju, bl-loghob, tbissim u tgharrix bl-ghajnejn.


serata ta' dehen kienet


ghalkemm karkar saqajh biex inzarmaw, imbaghad f'kamartu newwili qalbu filwaqt li ferrajna li ahna t-tnejn vittmi flimkien.


bikja ghax nghajjat mieghu, izda kollox biex izid iz-zokkor


nirringrazjak b'mod semitiku


Sunday, June 04, 2006

Tlugh ix-Xemx sublimi

il-weraq kollu tal-ikhal kien tiela' min wara l-gholjiet li mdawwar bih pajjizi. ipahpah bil-mod mas-sema u s-swidija li ghadha tidher lejn il-punent.

ergajna ghamilniha
ftahna bil-kbir

xi nofs tuzana sieghat qabel konna fid-dawl neon tax-xoghol. bit-toqol kollu li jgib mieghu il-post tax-xoghol. izda hinna ghamilnieh u x'hin lestejnieh kellna pjan ghal wara. Kollox mahdum fin fin. bicciet tad-deheb maqghudin flimkien f'kapulavur wiehed. u kollox mexa' mal-hin, anke mena! baqghat miftuha b-boroz tqal igebbdu taht ghajnejha. tistenniena halli xejn ma jfalli mill-pjan.

hadna l-bibita taghna u irhejnielha ghal-post is-sajf, ghaliex illum konna se niccelebraw il-ftuh! bil-karrozzi johonqu t-toroq midmumin mas-saqqajja.

id-dahla ma kinitx spettakolari, ghax sibna xi zewg pazjenti li kollhom bzonn is-support u xi naqra qrid. imma x'hin inzilna fuq il-pulptu, il-brazzi xeghlu.

il-folla ma kinitx kbira, halli jhossuhom iktar ixxurtajti li kienu parti minnha. nies tal-familja ghaqqdna wkoll, u hadna tomna art b'cens u ghamilniha b'taghna. b'kull min jghaddi minnha irid jurina r-rispett.

hafna vlegeg minn bejn in-nies biex iniggzuna nitilghu targa iktar, sakemm il-hin jirnina u jkollna nbewgu bl-unuri

nergghu nixxabtu mas-saqqajja biex ninxtehtu quddiem tal-pastizzi fejn l-antika.

nizzilna t-twieqi biex tghaddi l-arja, u tellajna t-twieqi biex ma tghaddix l-arja

kient migemgha ta' hsejjes li inhalqet apposta biex tisraq ix-xena f'dal-mument. il-melodija zifnet madwarna, u l-hsejjes l-ohra tghawwgu u nbarmu u qadu jidhqu bina.

kellna s-shab tahtna u konna f-art ohra.

nohrog wicci mit-tieqa u nitla' l'fuq. nihu l-arja pura gol-pulmuni u switch ifaqqa' x'imkien fil-boghod.
zammitni minn dirajja n-nota tal-pjanu, x'hin giet fin fin minn warajja. u ssudatni u mtlejt cpar.

B'dik l-urgenza tbaqbaq fil-vini, izda xorta gebla. biex il-gelu jqattar naqra naqra u jien nohrog ilsieni biex nilqghu.


l'orangjo kien kiber warajna u kien sar il hin.
l'idejn grew bejn it-tlett pari, kollha sincieri bil-genwinita, u wiehed barra wiehed kien.

il-flawt rega' tefghani f'sijt il-karrozza u dawwart ic-cavetta biex innizzel il-purtiera fuq l-ahhar spettaklu tal-kuluri.

bla kliem


ε

Saturday, April 15, 2006

ritratti bikrin tal-actu

Ghalaqt il-bieb warajja u kont qieghed bil-wieqfa f'kaxxa erba' piedi bi tlieta.
tac-ceramika

kelli nzomm in-nifs minhabba r-riha li riedet tinfed ghal go mohhi minn imnifsejja


izda kelli ncarrat tbissima, x'hin bdew jigu ritratti minn 'it-tikka roza taht l-ilma isfar'


izda did-darba kien listess differenti.


l-istess kumpanija, izda kbirna mod iehor.

ma kellix ghalfejn innizel idi taht l-ilma shun. kien qisni fin-1999. bil-loghob kollu li konna naghmlu dak iz-zmien.

'taf kemm inti mportanti ghalijja?' kont qed nistenna l-balla gejja wara dal-kliem. izda l-enigma baqghat ma lissnitx



did-darba ma kienx hemm esperjenza sewda. kollox gdid, ghal-ewwel darba. nerga nghix iz-zminijiet. indunajt li kien ghadni fir-rebound.

il-muzika li bdiet issabbat min gol kaxxi s-suwed, kienet il-muzika tal-holm tieghi. il-muzika li dejjem xtaqt li kont nghix fiha. il-hsejjes ta' taht l'art li xtaqt li ghext, izda dak iz-zmien kien ghadni ckejken wisq u x'aktarx kien ghadu ma messx lil xtutna. 1984


ghalkemm l-attitudni li kienet hierga minn ghajnejn il-parruccana kienet differenti minn dik li setghet harget ghoxrin sena ilu, xorta hassejtni parti minn revoluzzjoni. nies li qamu kontra l-hwienet tal-hwejjeg u l-parrukkiera. kontra strada rjali ta' paceville, u kontra l-attitudni tal-marjunetti li kienu bnew il-laghba tad-diski.


if you can feel what i am feeling then the truth is just believing


li kont hemm ghal darba wahda biss ukoll bizzejjed ghalijja.

hajr ghal dak kollu li jmur kontra, anke jekk wara ftit zmien naf jista' jerga' jsir il-linja tan-nofs.

xorta kuntent li jien kont hemm meta kien ghadu fil-genb.



rjahhajr



Monday, March 20, 2006

Niddendlu mal-gurnata

kien dherli li taghmel sens hafna.
Hajja li ma thossx li ghandek titkellem fuqha, mhux hajja li ghandha tinghex.

irresqu iz-zibga f'nofs il-fildiferruwwa u nzommu l-bilanc, ghaliex fl-istess hin, meta tirrakonta, taqsam u tgharrex fuq il-hajja il-hin kollu, tkun qed tihu l-hin li fih suppost tkun qed tghix.

xejn ma ddejjaqt intektek fuq il-keyboard u nitfa' hajti tigri fl-ispazju eletroniku, imma nahseb kienet bhal fazi li kelli bzonn nghaddi minnha biex nibdel perspettivti.

l-apprezzament kiber minn naha tieghi lejn l-affarijiet ta' madwari u ghen biex id-dettal, li hu li jitfa' kollox fuq livell ghola, johrog ahjar.


il-gimgha d-diehla ingebbdu l-jum u ntawwluh b'siegha dawl. Bidu gdid. opportunitajiet godda.


madwari u go fijja qed ikun hemm qawmien gdid. affarijiet li ghalkemm xorta nhoss li ghandi naqsam ma huti. xorta ma rridx li nitlef wisq hin biex nikteb fuq grajjieti.


ghaddiet sena minn meta fettilli nibda nikteb.


u nahseb issa r-rota daret cirku shih.


kwazi aqqas nidentifika ruhi ma zaren ta' sena ilu. u dak hu li jghollini u jitfghani iktar 'il quddiem.

bi tbissima mcarrta minn widna s'ohra qed nikteb dawn l-ahhar kelmiet fil-blogg tieghi, li ghalkemm dan m'huwiex it-tmiem, xorta nahseb se jonqsu hafna aktar il-mumenti fejn jinzlu hawn grajjieti.



inlibbes ic-cirku tax-xemx lil huti u nohorgu nilghabu fit-toroq u fl-ghelieqi ta' tarf ir-rahal. ninsew li qeghdin fis sena 2006 u nfittex l-umilta, l-affarijiet semplici, u nzommu kemm jista' jkun il-boghod mill-hazen organizzat li qed jitrawwem b'tant ghozza mill-bnedmin stess.



The mighty crowd Search for their spaces And turn around time's gone Take ten paces.



Wednesday, February 22, 2006

Fil-Kapitali tal-ewropa medjevali

imdawwar b'dal-bini
li suppost qieghed ghall-folol
l-artistokrazija u xerrejja
sema iswed
bi shab jahbi l-qamar
u b kesha trid tin~fed go ghadamna
il-lejl jisfen hdejna

nigbed bil-mod minn idejk lejn x'imkien
ghal ghonq it-triq
izda bla raguni
ghax ir-raguni qeghda hdejja< it-toroq qeghdin hemm biss ghalina


ghax il-migghema ga marru j/orqdu
izda dan ir-renju taghna ghalina

swabatna jizfnu z-zifna fil-pala ta' xulxin#

id-dawl ghall-iskultura
isib poezija isbah∞

u tixghellek wiccek u ghajnejk

b'hofra kbira go l-istonku

b'demmi jbaqbaq 'naqra iktar milli suppost

nigbed lejja u naghfsek f'dirghajja

il-kesha ghadha ma lahqitniex
u s-shana li qed narmu madwarna jibdel il-lejl fl-ghabex

is-smewwiet jghiru ghalina
u s-shab irid jibki fuqna
jien inkompli nigbdek minn kantuniera ghall-ohra
ghax irrid ingawdi √ kull tbissima tieghek

kull harsa
u kull ghafsa tal-id

Fil-fortizza tal-arkitettura w ispirazzjoni
taghna

Thursday, February 16, 2006

dqiq fl-istonku

Kien hemm iktar minn zewg grajjiet li rrakkuntajt bil-fomm u kienu se jinzlu hawn, izda jigi ghawdex u jitfa' l-lizar fuq kollox.

bilfors kellha tkun tajba, u taghuna dak kollu li ridna, anzi, anke dak li stennejna bla ma ridna. ktajjen u ghaqda, u zokkor, u dqiq u anke xi naqra mill-iehor ukoll.


u wara t-tieni lejl sod, li suppost kellna nzommu kemmxejn ir-riedni lura, imma nahseb insejna.

cemplu lil charlie mill-ghassa ta' ghajnsielem.
Il-pulizija kienu gejjin ghalina!

biex jaghtuna lift mix-xewkija sa ghajnsielem. halli wara li nghidu kelmtejn mal-barri, nigbru l-sehibna li kien hasiblu kmieni biex imur jghati daqqa t'ghajn l-ghalqa.


qas gbarna saghtejn fuq l-imhadda u kellna naqbdu l-pinna f'idejna u ninzlu malta ghax-xoghol. izda dewmien u arlogg hazin kien bizzejjed biex naslu tard u naghmlu erba' sieghat b'denbna taht il-blata.


imma kien baqa xi jsir, u ergajna cekcikna r-rampa tax-xini biex inkomplu fejn hallejna.


l-ghejja tat-tielet lejl harget tizfen quddiemna, izda bl-istallet bejn snienna, xorta ridna niehdu sehmna. u hrigna ta' rgiel.

qisha l-fibbra dehret fjakka x'hin dorna wara l-kantuniera u sibna ghaxar pulizjotti jxejru it-torcijiet. meta jahasra kull ma ried, li jitghallimha darba ghal dejjem, jekk triq il-wied hix birkirkara jew le.

dejjem ikun murtal f'direzzjoni differenti. u jien ha naghzel li ma nibqax nixxabbat mal-hajt li qed titfali quddiemi.

issa z-zmien rembel, u ma nahsibx li ghandi nibqa nipprova bil-fildiferruwwa forsi niftah is-serratura.



imma l-qaghqa dornieha sew. u kulhadd kuntent u mbissem. u hallejna 'l ghawdex warajna jistenniena, sakemm nergghu niltaqghu malajr, bhal ma l-omm tistenna 'l uliedha.



δ

Thursday, January 26, 2006

mill-kesha l-qawmien

in-numri tat-temperatura wara l-ahbarijiet tat-tmienja ma jistghux inaqqsuhom iktar u kulhadd b'imniehru ahmar mghaggeb bil-kesha li trid tidhollu fil-mudullun.


il-gimgha ma fihiex jiem bizzejjed u Kelli nippjana sew biex inlaqqat minn kollox, ghaliex swaba ghazzenin isiru ghodda tax-xitan.

u zammejt gurnata biss ghalijja, l-bqija qassamthom biex jieklu l-masses
anke qabel ix-xift tal-afternoon, fejn issoltu nibqa' rieqed, irnexxieli niftah spazju biex ikun hemm il-kumdita


u qisu kien bhal krexxendu f'din l-arti li hi l-hajja.
bis-sahha zzid minn gurnata ghal-ohra, u daqqa nixeghlu musbieh, daqqa blandun, jew huggiega kbira.
b'irkupptejna mcapssin bil-hamrijja niedja, bilqeda naraw il-lizar, jew inlabalbu fuq tazza nbid mizza qisu ghada mhux se jasal.


x'hin minghalija se jaqbizli l-kustad bin-nuqqas t'ikel, jitfghuli t-torti, il-kejkijiet, u kull hlewwa li tista' tinhaseb.

bic-cirasa nasal ghaliha s-sibt fil-ghaxija ghax il-hbieb antiki qisu nizlet fuqna l-ghaqda u l-paci u nkomplu fejn hallejna.



'There is good reason to believe that people's personalities do change around the time of the full moon because it creates the optimum lighting conditions for feeling carefree and mischievous'
John Roach ghall-National Geographic News, 6 ta' Frar, 2004



Ω

Wednesday, January 18, 2006

Linji

- 'isse... jekk jarrestawna?...tuf xi jgibiw fil-gazzetteh?
"il-pulizija arrestut gix t'irgijel te' seba w ghuxrin sene..."

mel' ahna rgiel jew??

ehne udna tfwol!'

Thursday, January 12, 2006

Tahziz ta' matul il-jum

niftah biex insib bieb maghluq
tmidd idejk ghax-xoghol u jnewlulek banana~
pushing my love aside - it's complete
norbtu lsienna fil-gholi ha nitilghu
cry baby cry spiller
jilqa' b'idejn berah is-sahha u d-djufija;
sincerita tincita l-ostilita
juzaw lenti hadra biex il-werqa ma jarawhiex safra
i'm a peace loving decoy ready for retaliation
l-assignment ta' did-darba trid issib sens fejn m'hemmx
without the truth of the eyes, happyfolk were blind.
si vous m'ecrivez, je t'ecrivez
Φ

Monday, January 09, 2006

Foglemps u wajpers

anke jekk ikun fuq ix-xejn, xorta fettilli li nikteb xi haga. ghax qisha t-tahdita s-sewda baqghat l-ahhar wahda u hallietna b'tghoma hazina.

jien nipprova nhallih persentagg reali u ma kull ghaxar posts buzullottisti nitfa' wiehed naqra itqal halli kollox jibqa' taht il-perspettiva u nibqghu fir-realta.



ergajt qed inhossni mifni u mitluf (b'mod sabih jigifieri, u mhux naghmel xi lejl shih nircievi l-msgs isaqsuni hux kollox sew) fil-muzika. Vjagg li qatt ma nghejja nimxi, nigri u naqbez fih.

kienet gimgha intensa hafna fejn nizluli xi nofs tuzzana albums b'direzzjoni gdida, u kont litteralment nigdem difrejja u nistenna li jinzlu qatra qatra halli jkolli xi jsahharni.
passjoni li ghalkemm forsi hsibt li seta' biz-zmien tonqos xi ftit, iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jgharrali.



gie d-distakk u gawdejt bl-addocc, minn tieqa li taghti ghal gol-kcina stajt ingawdi wisq.
ix-xoghol t'osservatur dejjem dhalt ghalih bi hgari u kellna dicembru helu w imhawwar sew lejn xiex inharsu.




nawgura bilanc ta' helu u morr halli ma nghejjew qatt bil-qeda u x'hin nigu biex nikxfu snienna ma jkollnix qtugh ta' laham.

il-kuragg li jittiehdu decizjonijiet iebsin, anke jekk is-socjeta ma tinkoragginiex fihom

u d-dispozizzjoni li nkunu helwin u gentili anke meta jkun mistenni minna li nizblu u naqilbu l-mejda.
amen




π

Friday, December 30, 2005

Nitbissem lejn sema iswed

ergajt f'dal-bir li hu nofs hajti, nitkaghabar u nitgerbeb fid-dlam u l-umdu.
il-kliem qas jistghu johorgu min qalb il-pori u xejn ma jista' jbissem dan il-wicc.
anzi, kollox iservi biex itaqqal iktar u jaghmel kollox iktar skur.

in-nisa li qatt ma sibt suffragju fihom, il-hbieb li jiddejjqu jaraw nies nieqsin mis-sahha ghaliex jiftakru fil-gewwieni taghhom u l-ispirall ikompli jifforma.

id-dawl ipetpet madwar ix-xitla tal-milied, u l-ispirtu w is-sustanzi tal-festi.

bnejt hajja tat-tiben madwari. li meta nkun bil wieqfa kollox izomm helu helu u kollox jehel kif inkun irrid jien
izda meta jien inbaxxi jew indawwar harsti, jaqa' kollox u jtir mar-rih

bhal tibdila helwa u sofistikata izda li jkollha bzonn gisem b'sahhtu li jzommha f'postha. fuq l-ispalliera ma fiha ebda pregju u bhalissa ma jhossnix li ghandi nilbes xellil u affarijiet ileqqu;
gibt kollox b'idejja u l-ispirall jibqa' jiffonda

ghexieren u mhux ghexieren ma jfisser xejn
kollox jitlaq biz-zmien bla tifsira

is-sound mhux issetjat sew, l-ispeakers qed idamdmu, imma ghallinqas l-borza mimlijja trab orangjo u l-mobisle kumdita li mhux se nghixu minajrha fil-futur qarib.

il-lussu hu il-mikrobu li jeqred is-sahha tal-ispirtu
u hu mitlub minni


kemm int tifil tallustja


fancy is good
fancy is nice
so let's all be fancy


Γ

Wednesday, December 07, 2005

Il-Glorja tal-Gnejna

fil-ghodu kienet qattret xi ftit xita, izda issa kienu skorruti b'xi saghtejn nofsinhar, u kien dak it-temp li lili tant jimlini bil-pjacir u melankolijja fl-istess hin. meta n-natura tkun qed tqum fuq taghha u terga tohrog il-kuluri t-tqal.

l-isterjo tal-karrozza kien ilni zmien biex niehdu ghand xi hadd jifhem, biex nerga' nimla l-vjaggi tieghi bl-istorbju, u ghal kemm ma kontx naf fejn hu armat ezatt. irhejtilha l'hemmhekk la kien baqali xi erba sieghat sa ma nibda xol.


fis-sijt tal-passiggier hi kienet qed tparla bla waqfien ta' xejn. tohrog kull idea li ghaddiet minn mohha dan l-ahhar mitt siegha, tgerger u tifrah u tqaqi u tghidli b'dak kollu li jghaddi minn ghaliha.

minn meta fil-bidu tas-sajf ghedtilha li 'ahjar nibqghu hbieb', kien qisu nhall ilsienha, u tigi lejja ghas-suffragju, biex taqsam il-ferh u anke biex just tparla u tparla u tghaddi siegha. 'ghax nihu pjacir wisq mieghek, ihossni Jien!', kliem fieragh ma kien jonqos qatt.

mur prova ifhem

jien ma kontx niddejjaq b'dawn il-laqghat mhux tant spissi, u fl-istess hin kont niggustaha li lsienha sar jigri daqstant. ghalkemm kont naqra mhawwad fuq il-ghaliex baqghat tigri fejn inkun qed nigri jien.


il-libido issa naqqas sew, imma min bejn il-wajers ta' mohhi kienet ghaddejja diskursata u nahseb kont qed nghidha nghajjat ukoll

jien stajt gbidt il-handbrake u waqqaft fejn kont. Stajt tfajt mal-genb u nintefa' b'ruhi w gismi fuq is-sijt tal-passiggier.
imma iktar b'gismi kieku

jekk nittanta nnehhilha l-flokk. u nnehhilha l-jeans, ma kontx se nsib min izommni.
u jekk idejja jibdew jigru l'hawn u l'hemm, ipingu fuq il-gilda taghha, kont se nsib biss inkorraggiment biex ma nieqafx

u dan kien jibqa' sejjer sakemm tigi tafal taht idi u ntiha l-forma li rrid jien.

qbadt lili nnifsi nlissen: 'hux kollu minnu dan li qed nahseb jien? hux veru inti mejta biex jien nabbuza u nuzak kif irrid jien?'

ghal dil-mistoqsija kelli l-asserzjoni bhala twegibha. "Iva" kbira daqs iz-zuntier ta' quddiem il-knisja li r-rahal taghna tant maghruf ghalih.
'iva' li warajha giet anke xengilha tar-ras, biex jekk forsi bil-hsejjes tal-magna tal-karrozza, forsi ma smajthiex, ma jkolli l-ebda dubbji li t-twegiba taghha kienet fl-affermattiv.

bl-istess entuzjazmu, it-twegiba tieghi kienet gholja, biex xejn ma jintilef minnha u tifhem kull kelma li harget minn bejn xufftejja. izda int ghandek lil kevin, u dak li kien bejnietna ufficjalment issa spicca. Qabel ma tiffirma it-tmiem tal-kuntratt mieghu, mhu se tihu xejn minghandi.



jekk keshulek idejk, qaltli, tibzax iddahhallhom taht il-hwejjeg tieghi.



it feels so fine to be a fish today




Monday, November 21, 2005

Burdnara f'nofs ta' lejl

Qbizna l-knisja tal-konkos u nzilna fi dlam cappa fit-triq lejn il-mizieb u hadna kisra biex sibna xi erba karozzi mitluqin madwar kamra.


jien u l-ministru l-iehor inzertajna xoghol fl-istess xift. kien is-sibt fil-ghaxija. qisu diga kellna f'mohhna x'se jsir, izda ma kien hemm xejn cert peress li xi haga differenti.

irhejnielha bl-istess karrozza u fi triqitna, ghaddejna sal-kazin tal-annunzjata biex ingibu xi refreshments maghna, il-flixkun kaxxa li ahna tant inharsu lejh b'ghozza.

in-nies t'hemm kienu bic-coff m'ghonqhom u bil-warda fuq sidirihom u hdejhom qtajna mill-kuntrast izda ma konniex inqas minnhom. anzi. Il-kurzita tqanqlet ghal fejn kienet id-destinazzjoni taghna. informazzjoni li baqghat mistura.


min god-dlam bqajt diehel bl 'i love my terios' sa quddiem il-bieb ezatt, u kull ma kien jonqosna kien li jifirxulna t-tapit l-ahmar. izda t-tapit ta' tbissim li kien hemm jilqana kien bizzejjed. konna gibnielhom il-merkanzijja kollha li kienu qed jistennew biex il-lejl taghhom jiehu dik l-ispinta 'l quddiem, il-burdnara bil-merkanzija s-sewda.

kwazi ma konna nafu 'l hadd fost dawk ig-gix tuzzani pari ghajnejn imbismin, izda ahna konna lesti biex nitilghu fuq il-pulptu mhejji ghalina u nghatu ir-rispett taghna.

razzett mohbi qisu ghadu qed jitranga bil-mod, izda dawn iz-zaghzagh kienu hatfu l-opportunita. u nbidel f'kappella tal-pjacir. b'dak id-dawl batut izda hlejju, muzika lixxa u korpuza li biz-zmien iktar bdiet tihrax izda zzomm certu sofistikazzjoni. Kien hemm ukoll vibe ohxon fl-arja, li kellu miktub fuqu 'hawn jinsab l-ahhar waqfa tal-pjacir'

ghamilna l-warming up taghna u ntfajna ghassa mal-bieb minghajr ma ndunajna. kull darba li xi hadd johrog jew jidhol mil-bieb kienet qed tinbeda tahdita. minghajr silenzji bejn wahda w ohra u kollox qisu bhal ghagna ta' artist li kien qed jghagen il-kapulavur tieghu

Hassejt li kien se jkollna problema tal-lingwa il-ghaliex dawn in-nies, ghalkemm maltin, kienet iebsa ghalihom biex ilissnu bil-malti. mhux bi ksuhat, izda ghax ma jafux mod iehor.
din eghlibniha wkoll.
kien hemm is-sid, li kien lest jifrixli summary ta' hajtu quddiemi u jidholli fid-dettal fuq ir-relazzjoni ma missieru
imbghad giet it-tifla tal-mutur li qadet tidholli fil-fili ta' kif dak li kienet riekba mieghu fuq l-autobahn tal-germanja, qasamlu gurdien u kienu se jtiru, izda zamm sod.
kien hemm is-sinjorina hlejja tal-zeck daniels li wara, kien se jkollha toqghod tnaddaf minhabba iz-zijiet. u qisu kulhadd kellu xi dettal f'hajtu li xtaq jaqsmu mieghi.

nixtieq kieku nirriproduci l-iskript tal-konverzazzjonijiet kollha li saru mal-koxxa tal-bieb.
izda l-hin ghafas, u kellna f'mohhna inkomplu l-lejl f'rahal l-istorbju.

ghafasna lil kulhadd w irhejnielha lura min fejn gejna.


konna sibna bieba mwahhla mas-sema, ftahniha, u hrigna iktar 'il fuq. iktar 'il fuq mis-sema
dorna darbtejn mad-dinja u wasalna. dritt ghall-hanut fejn kellna nkomplu bil-merkanzijja taghna u ghalkemm kien hemm 'closed' kbira fuq il-bieb, xorta konna milqughin b'dirghajn miftuha.
sakemm l-isphincter dude qghad jaghti r-rapport tas-serata lil qaghdi, jien inxthett fuq il-counter, mghoxi b'dak li kont qed nara minn hemm fuq.


l-istedina ghar-razzett kienet giet mil-lejl tal-politka taz-zfin, u kulhadd kien kuntent.

kien baqa' biss l-ahhar waqfa tal-caravan fix-xibka u fil-matrix.

u dhalna wkoll u thallatna u qsamna t-tbissim mal-populin sakemm hlejna l-merkanzijja kollha.



i found my mind in a brown paper bag within,
I tripped on a cloud and fell-a eight miles high, I tore my mind on a jagged sky




¿

Thursday, November 17, 2005

L-Iktar mument hlejju

ghaddejt ghalik u inti kont ftit tard bhas-soltu. izda jien qalbi kienet tilfet tahbita x'hin qbistli fil-karozza. jien tbissimt u hallejt lill-ghajnejja jghoxew bil-figura tieghek.

inti kont qed tqalleb xi haga fil-baskett li kellek f'hogrok, u bejn xi harsa kultant lejja lissint "ghadni kemm kont qed nibki.."

Saturday, November 05, 2005

Il-Politka taz-zfin

hu post imdallam wisq, u s-sinjur ried li ntuh iktar dawl. f'idejja kelli bicciet kbar ta' drapp abjad li konna se niksu kull m'hemm bihom u jien mohhi beda jigri kif stajna naghtu iktar impatt bil-linji,
'ghaliex il-linji bojod huma xi' haga ta' sahha kbira fil-feng shui ta' kamra'.


kien l-erbgha fost il-gimgha u bir-rutella f'idejna konna qed infasslu l-pjan.
wara, fil-hofra fejn jghix, semmalna muzika ezotika, u amerikana, li lili tant taffixnani u s-setting kompla zied fis-sahha.



is-sibt fil-hdax ta' filghodu kont ga qed nixxabbat mas-sellum biex dak li ppjanajna inwettquh. u l-aspettativi kien qed joghlew. Izda kien hemm xizma fil-grupp. kienu qed jheddu li kollox ikun falliment

deherilhom li l-post ma kienx addattat u bhala nies li jhossuhom benchmark ta' dak kollu li hu differenti, kien wisq qrib il-qalba tal-kummercjalizmu f'paceville.


il-lejl wasal fuqna, u x'hin dhalt jien, matt pond kien ga daqq, u jkolli nghid li kien beda jihu pjacir gmielu mill-ammont ta' gharaq li kien qed igelben ma gbinu.


u kien se jibda Hu. is-sur grant


nahseb kull min kien hemm, f'dik il-kamra, kulhadd kien qed jistenna folla kemmxejn ikbar, izda issa li hemm hemm. Anzi. kull gisem li kien hemm taht is-saqaf, kien lest biex jghati wirja tal-forma tieghu, u ma jhallix dan in-nuqqas ta' numri jtellef fil-pjacir li kien qed iqattar ghal fuq din il-ggajta.

jien ghalijja kien hemm bizzejjed. bizzejjed biex inhossni komdu f'dil-familja.

il-muzika kienet tizboq dak li kien mistenni, u kien vjagg twil b'xenarju mill-aqwa. jipprogressa minn generu ghall-iehor minghajr ma tara' l-hjata bejn il-pezez ta' drapp differenti.


kien hemm il-haddiema, li kont hdimt maghhom fil-ghodu biex nissodaw il-post. kien hemm tal-boots u l-hbieb taghha. il-gang tad-djs, u nies ohra li riedu jithalltu mal-krema.

L-ghajnejn kollha kienu qed jitbissmu u kulhadd f'diskursati twal minghajr ma jitkellem.


tal-ikhal, kellha qafasha zghir, izda kienet qed tikkumpensa ghalih b'dawk l-ghajnejna kbar. xuxitha zammitu marbut biex ma jtellifx waqt il-qbiz taghha minn naha ghal ohra tal-art taz-zfin.
gbidtha u kkonversajna. il-kliem li ghedna kien biss biex ngharrxu widnejn xulxin, ghaliex x'hin dawwart idi maghha biex nafasha, ghedna kollox li kellna xi nghidu. qisu uploadjajna l-feelings ta' xulxin f'dik it-tghanniqa.
hi kienet qed tixghel il-kamra bhall-parruccana l-ohra li kien hemm hemm gew. xemghat jarmu d-dija.


il-ministri li kienu opponew il-post, ukoll spiccaw cedew u nghaqdu maghna. hadulna b'idejna u taptapna fuq spallet xulxin bhala gest ta' hbiberija li ma kinitx se tonqos minhabba kunflitt daqshekk zghir u iktar issudajna.


il-markiz wahhal swabatu mal-bar, u sibtha difficli biex inzerzaqlu xi' kelma xi' kultant ghaliex il-hin kollu kien qed jghaqqad in-nokkli tieghu man-nokkli li kellha ta' wara l-bar. xbejba zokkra b'ghajnejn fondi u mimlijjin hajja, li kienet qed tixxengel u timbaram mar-ritmu li kien qed jitfalna s-surmast.


hlewwa tnixxi minn kullimkien.
anke lis-surmast taz-zurrieq gbidtu u parlajna daqs li kieku kien ili nafu zmien twil u lena ghamxitna bil-kaxxa tal-lutretti biex ikollna rikordju


se jkolli nieqaf, ghax qed jigi qisu cake
min dak li tant ikun fih zokkor ohxon u bnin fil-qoxra, tant ikun fih gewz u perlini, li ma tkunx tista' tihu wisq minnu ghaliex ikun helu wisq, izda xorta tkun trid aktar.

you know what that is, but you still want some, you just can't get enough of that lovey dovey stuff




Θ

Friday, November 04, 2005

Il-Pitrolju fuq gilditha l-fina

gara qabel sifirna.


il-karti ffirmajnihom, u qbilna li kellna nitfghu kollox fil-friza. meta jasal iz-zmien taghna, kellna nergghu inbexxqu biebet il-friza biex naraw ikunx baqa' bizzejjed mir-rilejxinxipp ghalina, jew ikollniex namlu x-xopping.

izda tiskanta. inqala' minn kollox. sa gurnata qabel salpajt kienet ga nfethet il-friza u sar it-tbaghbis minghajr il-kunsens tieghi izda li xorta kien wasal ghala widnejja.

tabelli, telefonati u tweddib fuq li kien ghaddej wara l-kwinti.

ma kienx baqa soluzzjoni ohra ghajr li nigbed il-plakka halli li kien hemm gewwa, jinten u kulhadd ikun hieles.

anke jekk dawk is-sinjali kollha, wara hareg li, xejn ma kien minnhu, jien dherli li ma kienx hemm bizzejjed sahha biex jitkompla.
jien dherli li kienet l-aqwa triq ghal kulhadd, u s-sajf rembel.


gharrixt ha nara hi taghmilx xi passi lejja izda dawn ma waslux.
xejn bi kbir.
ma jimpurtax.
mela nkompli b'hajjti, il ghaliex dawn wara kollox huma affarijiet li jigru lil kulhadd

----

izda kont herqan li nerga' nigi wicc imb'wicc maghha halli nara is-swaba lejn fejn qed iharsu, u jkolli nistqarr li kont qed nimtela b' xi' ftit tama.

izda kien hemm tifel bil-lehja gix passa warajha, bil-habel f'idu biex jghin inizzel is-siparju u jghati l-konfermi tal-ahhar.

----

mela ghaliex issa qed jergghu jidhru t-tabelli? tabelli kontra l-ghasafar tal-bidu.
ma nahsibx li l-pass ghandu jigi min ghandi.

'tefa rigel il-bdot fuq spalltu u nizel bil mod lejn il-pjazza jihu te m'ghand sidor. Ghamel gurnata biha fuq spaltu. imbghad rega' lura lejn ir-remissa u taha l kelb.'



σ

Tuesday, November 01, 2005

Tmien 'il Bidu

u nicky iddecieda li jghajjtilha gurnata, u jieqaf mit-tmexxija tieghu tal-veccja.


Qattajna wisq lejliet helwin din is-sena. Fuq it-tarag li kellna ndeffsulu bocca f'halqu, biex ma jkunx jista jghid x'avventuri ra.

il-puggaman li minnu stajt tara fil-mewg lajman tal-bahar, ir-riflessjonijiet tad-dwal ta' faccata. tat-telgha tax-xemxija, li iktar ma kien jaghfas il-hin ta' kull serata, iktar kien isahharni. anke jekk harsti tkun misruqa minn fuq spallejn xi guvnotta li dak il-hin inzertajt kont qed nithaddet maghha.

kellna nsellmu 'l dawk is-siggijiet tal-qasab, li r-riha ta' alkohol qatt ma setghet thallihom ghal kollox. dak il-bar li konna nistriehu mieghu biex naljenaw ftit il-menti minn xi halq ta' xi sinjorina li kien inhallilha mill-irbit li ggib maghha x-xemx.

trufijiet ta' Muziki li ffondajna fihom u orizzonti godda li ftahna biex nibqghu niskopru u jkollna xi nsoffu sakemm nergghu naghmlu iz-zjara taghna.

pjanijiet li wellidna waqt li s-swaba t'idi kienu qed jilaghbu mall-fili tal-madum ta' fuq il-bar. Sa l-ahhar tas-sajf, il-muskoli kien ghadhom ma drawx, li jekk nintefa' ghal hin tawwali fuq dawk l-eghtiebi ta' hdejn il-bieb, kont se nsibha bi' tqila biex nerga' niddritta.

Izda quddiem dan ix-xenarju stupend, kien hemm ukoll in-nies. ta' kull razza u ghamla ghamlu iz-zjajjar taghhom lejn dawn l-erba' njamiet hiergin il-barra mill-gholja.

id-diskursati fondi, u mhux daqstant fondi li jien kburi li kont parti minnhom. It-taghlim, u l-esperjenzi li kienu jitparrtu bejn il-parruccani u l-mistednin.


izda qed insibni nehel. ma nistax insib kliem helu bizzejjed biex insawwar il-memorji li ghandi jigru wara l-kappell t'ghajnejja, x'hin inbexxaqhom.

seta' jnaqqaxha fuq l-injama sewda ta' hdejn il-bieb. Ghaliex nies li ma kienux jinhaslu fl-awra fonda ta' dan il-post, kien ikollhom l-istess kelma xi jlissnu: relax.

izda din kienet biss il-qoxra ta' barra, it-tapp, jew l-intrata, ghall-hajja li kienu jfuru biha il-pori ta' dan il-post.


'l-energija kollha spiritwali tal-Mediterran tikkonvergi f'nofs dal-bahar, ghal nofs l-Arcipielgu, ghal nofs it-tarag ta' fejn il-veccja'



hAJR

Thursday, October 13, 2005

L-Assedju ta' Halikarnassu

minghajr ma naf, kien gie kollox kif ridt jien.

Issa qaleb l-istagun u rridu naghmlu l-fine tuning ghax-xitwa, u ta' dan ma kien jonqosna xejn hlief lil keanu reeves u l-matrix.

u hassejtni ergajt tifel, with a thril in my head and jill on my tongue, dissolves the nerves that just begun.


imma s-super potenzi kellhom pjanijiet ohra f'mohhom u kienu qed jghorku jdejhom ha jaraw liem bicca mill-imperu se jmisshom.
fis-saghtejn ta' filghodu bexxaqt ghajnejja u qomt, izda kont lest ghall-lejl ta' quddiemi. siegha wara konna hemm.

lil' kulhadd zeffnu fin-nofs, u d-diplomaziji ta' qabel it-tempesta kienu jgieghlu lil' macchiavelli jhossu tifel fosthom.

inaghataw l-ultimatums u l-kunflitt beda jihrax. jirfsu 'l xulxin bit-tkaken, jimbuttaw , u jinqalbu ix-xarbiet fuq il-hwejjeg ta' xulxin.

jien ma ridt xejn minn dan u kont kuntent inhuf u ngharrex 'il boghod mil-art tal-kunflitt.
izda l-art bdiet miexja warajja, ghax wara kollox dak kien l-iskop.

il-hin kien qed jaghfas ukoll u x'hin ezatt kien qed jintlahaq is-saqaf bit-thezziz u s-sajjetti mill-ghajnejn, kien hemm intervent xejn mistenni.

Monarkijja ohra kienet tefghet il-piz taghha fuq il-kumplament tal-assedju. f'lehha ta' berqa jien spiccajt fejn il-kamra l-baxxa tan-nisa. il-magna tas-sigaretti bdiet taghfas bil-mod il-mod go dahri u hi tiggestikola qrib wicci filwaqt li bdejt nara ix-xufftejn jersqu qajl qajl iktar fil-qrib.

Irnexxieli nizgicca helu helu, izda din il-wirja ta' sahha kienet il-bandiera li nizlet biex turi lill'bqija li kull mezz jista' jintuza.


u wasal attakk iehor
min front ghal kollox differenti.
did-darba kien iktar fit-tul u jien ma stajtx inzomm rasi mghollija u ma nwettaq l-ebda ghelt.


it-telf fuq ig-gix nahat kien konsiderevoli, izda l-fortifikazzjonijiet, ghalkemm issa 'qas nisteghu insejhulhom hekk, baqghu ma ntrebhux.


il-parti l-ohra li kien baqa', wara li kienet xhieda ta' dan l-assalt kollu, dehret li ma setghetx taghmel ahjar mill-kompetizzjoni. Inghataw xi parcmini biex jigu' ffirmati xi' kuntratti. izda l-ghejja kienet naqqset is-sahha tad-diskors.

il-hbula baqghu ma darux ma riglejja, u bqajt 'il boghod mill-jasar.
u bl-appogg tal-markiz fuq il-lemin tieghi, irnexxielna inzommu.


storja li maz-zmien kibret, u l-qlubija baqghet tissemma' u tigi onorata. glorifikazzjoni thabbat bieb il-leggenda.
ma nkun nixtieqha fuq hadd. u nispera li wara dan kollu, issahhu l-muskoli u kbirna.



Bella, horrida bella