Friday, November 10, 2006

te' bit-trab u l-atlas

issa qed nikteb wara li ghadda hafna zmien u nbidlu -affarijiet izda l-memorji xorta ghadhom jghammxuni bil-pjacir, imdawwar b'erba' pakketti sigaretti vojta u bl-irmied ifur mil-extrej u jistrieh fuq il-mejda


ghandi s-cd bir-ritratti x'igeddiddli l-memorji izda huma biss bhal meta jkollok karta kollha kliem u b'xi ftit minnhom imzellgin bil-highliter biex tiftakar.

mil-bidu konna grupp alternattiv, u kliem missierha kien jigbor kollox f'baskett helu "m'ghandekx ghalxiex tgerger, gix body guards bhal dawk jiehdu hsiebek"

bhal kull gita ohra tfasslet ta' malajr, u jien bqajt nitnikker sal-ahhar biex imlejt il-bagalja. izda kont ha niftah il-bieb ghal hafna tqanqil.

il-marokk x'ha tmorru tghamlu~?



l-ajruplan tefghana f'maqjel, kazablanka

inzilna bil-lejl u r-ragel ta' wara l-bar, minn qalb id-duhhan qalilna li hemm m'ghandhomx 'brand morocco'. il-flixkun birra li ordnajna x'aktarx iddubbah minn xi bar fit-triq ta' warajhom u l-kont ta' xi ghaxar liri taghhulna mara/ragel bi tbissima mdennsa.

x'hin qomna fil-ghodu grejna ghal-karozza minn qalb l-intejjen u s-saqajn tat-tigieg fuq il-bankini biex nintefghu fil-peugeot li kien se jibdlilna l-ewwel impressjonijiet kollha ta' dal-pajjiz, u hrabna 'l barra mill-genn u l-istorbju ta' belt li tixtieq tkun izda mgegga wisq.


harget ix-xemx u dhalna f-film


ghaddejjin minn fejn high ridge taghhom bil-palazzi lussuzi fuq naha, u ftit ramel u l-immensita tal-atlantiku fuq in-naha l-ohra. ma kellnhex kmamar mikrijjin, konna se niggebdu m'ghonq it-triq u naraw x'ittina.

l-istering tal-partner iddendilna mieghu ghal xi hmistax-il siegha biex inizlna mal-kosta tal-ocejan; sieghat imtektkin b'waqfiet l'hemm u l'hawn.


daqqa ma' abdul li ried idawwarna l-forti portugiza, u daqqa ma' mustafa li hadna taht idejh u ried isajrilna hu.


mixhut b'idejja miftuhin zaqqi l'fuq, fil-bajja mmensa ta' oualidia nisma t-tokki imelsuili widnejja: when you came my way, you brightened every day, with your sweet smile

tbissima ppersonifikata

nirvana ohra

id-demm ibbies bil-kesha li hassejt x'hin dherli naqbez fl-ocejan, izda xorta ma seghtax iwaqqaf il-pjacir li kien qed ghaddej f'ruhi


ergajna ersaqna mat-triq biex nithaddtu m'iktar avventuri.

marrakexx kellna nghaddu naqra bil-fors, nintilfu qalb il-karrettuni tal-laring biex nidhlu fi sqaqien mimlijjin b'kull tip ta' ramazolji u wcuh imbissmin. ghalkemm jiehdu gost jekk nuruhom il-flus, xorta bizzejjed ghalihom jekk niehdu naqra te' taz-zafran u nghidu kelmtejn maghhom.

l-avventura mbuttatna biex inkomplu fil-vjagg u ghafasna biex inserrpu l-muntanji. il-villaggi tal-hamrijja wit-tribuwjiet li l-ebda civilizzazjoni baqghat ma' sseduciet.

ghax ghal kemm xorta kelli risepxin fil-mobile ahna w ghaddejjin minn ouarzazate, mhux b'injuranza, in-nies xorta jghazlu li jkunu sid taghhom infushom u jistmerru l-ixkiel tat-teknologijja.



nergghu naqbdu t-triq id-dritta ghax m'hammid ridna mmorru biex naraw ramel biss.



u rnexxielna



imdawwar bil-glud tal-annimali li jaghmlu t-tinda, nohrog imgezwer fl-imkatar u nimxi sal-quccata tad-duna l-kbira, nitfa' dahri mal-ifjen ramel u nitpaxxa.


l-ewwel darba li smajt is-silenzju.


wara ikla tajba fuq il-fuklar u t-tagghin, kelna festa ghana u daqq kif ittik l-ospitalita u l-hbiberijja marokkina. qtajna xewqitna.


mal-lejl kelna nitgezwru sewwa, ghaliex anke tempesta ramel messitna, izda konna rajna bizzejjed.


intemmet malajr wisq, anke l-vjagg disa' sieghat lura biex naqbdu l-ajruplan bis-sur marley jzommilna kumpanijja.

konna tard, triq dritta u ghoxrin fuq in-numru li kien hemm fuq it-tabella. bilfors kellu jwaqqafna tal-beritta. izda xorta ferah x'hin induna li ahna frustieri u mliena bil-pariri tieghu biex inkunu fil-hin.


x'mortu tghamlu l-marokk allura?

is-cd stampi li ghandi ha nghammillu kopja biex ma nitilfux zgur.



²

1 Comments:

Blogger zaren said...

'when you came my way, you brightened every day, with your sweet smile' - Sweet Coffee: 'no ordinary love' li kienu qed jergghu jaghmlu is-silta ta' Sade

6:49 AM  

Post a Comment

<< Home