Thursday, January 26, 2006

mill-kesha l-qawmien

in-numri tat-temperatura wara l-ahbarijiet tat-tmienja ma jistghux inaqqsuhom iktar u kulhadd b'imniehru ahmar mghaggeb bil-kesha li trid tidhollu fil-mudullun.


il-gimgha ma fihiex jiem bizzejjed u Kelli nippjana sew biex inlaqqat minn kollox, ghaliex swaba ghazzenin isiru ghodda tax-xitan.

u zammejt gurnata biss ghalijja, l-bqija qassamthom biex jieklu l-masses
anke qabel ix-xift tal-afternoon, fejn issoltu nibqa' rieqed, irnexxieli niftah spazju biex ikun hemm il-kumdita


u qisu kien bhal krexxendu f'din l-arti li hi l-hajja.
bis-sahha zzid minn gurnata ghal-ohra, u daqqa nixeghlu musbieh, daqqa blandun, jew huggiega kbira.
b'irkupptejna mcapssin bil-hamrijja niedja, bilqeda naraw il-lizar, jew inlabalbu fuq tazza nbid mizza qisu ghada mhux se jasal.


x'hin minghalija se jaqbizli l-kustad bin-nuqqas t'ikel, jitfghuli t-torti, il-kejkijiet, u kull hlewwa li tista' tinhaseb.

bic-cirasa nasal ghaliha s-sibt fil-ghaxija ghax il-hbieb antiki qisu nizlet fuqna l-ghaqda u l-paci u nkomplu fejn hallejna.



'There is good reason to believe that people's personalities do change around the time of the full moon because it creates the optimum lighting conditions for feeling carefree and mischievous'
John Roach ghall-National Geographic News, 6 ta' Frar, 2004



Ω

1 Comments:

Blogger Erezija said...

when the full moon comes along
it is then i sing my song
i howl and moan
at you over the telephone

12:53 PM  

Post a Comment

<< Home