Monday, November 21, 2005

Burdnara f'nofs ta' lejl

Qbizna l-knisja tal-konkos u nzilna fi dlam cappa fit-triq lejn il-mizieb u hadna kisra biex sibna xi erba karozzi mitluqin madwar kamra.


jien u l-ministru l-iehor inzertajna xoghol fl-istess xift. kien is-sibt fil-ghaxija. qisu diga kellna f'mohhna x'se jsir, izda ma kien hemm xejn cert peress li xi haga differenti.

irhejnielha bl-istess karrozza u fi triqitna, ghaddejna sal-kazin tal-annunzjata biex ingibu xi refreshments maghna, il-flixkun kaxxa li ahna tant inharsu lejh b'ghozza.

in-nies t'hemm kienu bic-coff m'ghonqhom u bil-warda fuq sidirihom u hdejhom qtajna mill-kuntrast izda ma konniex inqas minnhom. anzi. Il-kurzita tqanqlet ghal fejn kienet id-destinazzjoni taghna. informazzjoni li baqghat mistura.


min god-dlam bqajt diehel bl 'i love my terios' sa quddiem il-bieb ezatt, u kull ma kien jonqosna kien li jifirxulna t-tapit l-ahmar. izda t-tapit ta' tbissim li kien hemm jilqana kien bizzejjed. konna gibnielhom il-merkanzijja kollha li kienu qed jistennew biex il-lejl taghhom jiehu dik l-ispinta 'l quddiem, il-burdnara bil-merkanzija s-sewda.

kwazi ma konna nafu 'l hadd fost dawk ig-gix tuzzani pari ghajnejn imbismin, izda ahna konna lesti biex nitilghu fuq il-pulptu mhejji ghalina u nghatu ir-rispett taghna.

razzett mohbi qisu ghadu qed jitranga bil-mod, izda dawn iz-zaghzagh kienu hatfu l-opportunita. u nbidel f'kappella tal-pjacir. b'dak id-dawl batut izda hlejju, muzika lixxa u korpuza li biz-zmien iktar bdiet tihrax izda zzomm certu sofistikazzjoni. Kien hemm ukoll vibe ohxon fl-arja, li kellu miktub fuqu 'hawn jinsab l-ahhar waqfa tal-pjacir'

ghamilna l-warming up taghna u ntfajna ghassa mal-bieb minghajr ma ndunajna. kull darba li xi hadd johrog jew jidhol mil-bieb kienet qed tinbeda tahdita. minghajr silenzji bejn wahda w ohra u kollox qisu bhal ghagna ta' artist li kien qed jghagen il-kapulavur tieghu

Hassejt li kien se jkollna problema tal-lingwa il-ghaliex dawn in-nies, ghalkemm maltin, kienet iebsa ghalihom biex ilissnu bil-malti. mhux bi ksuhat, izda ghax ma jafux mod iehor.
din eghlibniha wkoll.
kien hemm is-sid, li kien lest jifrixli summary ta' hajtu quddiemi u jidholli fid-dettal fuq ir-relazzjoni ma missieru
imbghad giet it-tifla tal-mutur li qadet tidholli fil-fili ta' kif dak li kienet riekba mieghu fuq l-autobahn tal-germanja, qasamlu gurdien u kienu se jtiru, izda zamm sod.
kien hemm is-sinjorina hlejja tal-zeck daniels li wara, kien se jkollha toqghod tnaddaf minhabba iz-zijiet. u qisu kulhadd kellu xi dettal f'hajtu li xtaq jaqsmu mieghi.

nixtieq kieku nirriproduci l-iskript tal-konverzazzjonijiet kollha li saru mal-koxxa tal-bieb.
izda l-hin ghafas, u kellna f'mohhna inkomplu l-lejl f'rahal l-istorbju.

ghafasna lil kulhadd w irhejnielha lura min fejn gejna.


konna sibna bieba mwahhla mas-sema, ftahniha, u hrigna iktar 'il fuq. iktar 'il fuq mis-sema
dorna darbtejn mad-dinja u wasalna. dritt ghall-hanut fejn kellna nkomplu bil-merkanzijja taghna u ghalkemm kien hemm 'closed' kbira fuq il-bieb, xorta konna milqughin b'dirghajn miftuha.
sakemm l-isphincter dude qghad jaghti r-rapport tas-serata lil qaghdi, jien inxthett fuq il-counter, mghoxi b'dak li kont qed nara minn hemm fuq.


l-istedina ghar-razzett kienet giet mil-lejl tal-politka taz-zfin, u kulhadd kien kuntent.

kien baqa' biss l-ahhar waqfa tal-caravan fix-xibka u fil-matrix.

u dhalna wkoll u thallatna u qsamna t-tbissim mal-populin sakemm hlejna l-merkanzijja kollha.



i found my mind in a brown paper bag within,
I tripped on a cloud and fell-a eight miles high, I tore my mind on a jagged sky




¿

2 Comments:

Blogger zaren said...

'i found my mind in a brown paper bag within,
I tripped on a cloud and fell-a eight miles high, I tore my mind on a jagged sky' - mid-diska ta' kenny rogers 'just dropped in', li jien naf biha minhabba l-film 'the big lebowski', film li m ghandux jintilef.

1:25 AM  
Blogger nurse pica said...

i loved the big lebowski!

it is interesting, the way everyone had a bit of their life to share with you...i have a theory that everyone has a story to tell, if only someone will just listen...

hence why i got a blog :)

6:05 PM  

Post a Comment

<< Home