Friday, August 19, 2005

It-Trinka sal-parkegg

is-sajf kompla jrembel u garr lilu maghna, u z-ziffa helwa tieghu dawritna u fixklitna u ahna erhejnielha mill-passaggi l-wiesghin ghal go dawk iktar dojoq.


kien ilu jgerger li ghat-tieg ma riedx imur, ma kien jaf 'il hadd, u il-mara riedet iggorru mieghu ghax dan kien il-hobz biz-zejt taghha.

xi' erbat ijiem qabel, ohtha kienet ghafsitli jdejja farka iktar milli tirrikjedi l-hbiberija, imbghad wasal tal-posta.

'issa kieku tigi maghna? tkun il-mistieden t'ohtha u jkolli ma min nghid kelmtejn hux hekk?'

jien l-istirar ta' dawn it-tigijiet qatt m'ghedtlu le. nidhollu bi hgari.
kien kollox jider li se jkun harir. Ma naf nies lill'hadd jigifieri m'ghandi obbligi ta' xejn. Kollox lajman u fil-lant tieghi.

izda wara l-kantuniera kien hemm storja ohra qed tistennieni.
mat-tielet tazza diga kienet qed tigbed linja mghawga hafna u min hawn beda l-gbid tal-idejn , u d-dendil m'ghonqi.
din ohtha kienet se jkollha bzonn l-attenzjoni kolla tieghi; tehodli hini u sahhti.

'ghandi bzonn immur sal-kamra l-baxxa gej mieghi?'
'dal-bra dejjaqni, imxi ha nitfghuh fil-karrozza'
'ergajt ghandi bzonn il-kamra l-baxxa, imma mhux se noqghod nistenna fil-kju, imxi sa hdejn il-karrozza'

u s-seba visti qbizniehom.

il-climax ta' kollox kien x'hin laqtitni b'sieqha go wicci fil-karozza waqt li kienet qed titqalleb, fost l-inhir li beda hiereg min imnifsejha.

ma kinitx is-serata tieghi.

wara xi' siegha minn dal-hsejjes u jien inhares il-barra mit-tieqa, ergajna tlajna l-fuq ghall-hars ikrah t'ommha, ghax anke l-ingravata kont insejt fil-karrozza.

l-ideatur tas-serata kollha kellu kliem ta' farag ghalijja, u ried ipatti billi nergghu nibdew mill-gdid f' ta' qali filwaqt li hi tmur torqod id-dar. Jien ghoxejt u ergajt iffriskajt.

regghet harget ix-xemx ghalijja.
kemm nehles min dal-hwejjeg ta' fuqi halli nerga' nhossni gdid u nerga' nista' ghal kollox.

sakemm hrigt nadif mid-dar, ergajt gejt milqugh mill-inhir. u hu jdawwar il-pjanijiet biex is-sodda tkun iktar qrib.

ma jimpurtax

tkun darb ohra.



φ

0 Comments:

Post a Comment

<< Home