Friday, August 05, 2005

Shab tal-fidda

Forsi ghandu x'jaqsam. forsi minhabba t-toroq twal li bhalissa qed ikolli niehu biex nasal id-dar. it-toroq maghluqin, imkissrin u d-detours li jkolli niehu. jew forsi l-hin tal-lejl, is-shana bhal furban li jaghfasni mieghu u ma jhallinix nahrab, jew mitt elf haga ohra li kien qed jigri dak il-hin.

Izda tlajt fit-Tabor. u kien hemm revelazzjoni quddiemi.

mhix haga li qatt ma grat, izda xejn ma nista nghid li hi xi haga komuni. Issa li nahseb lura fuqha, mhi cara xejn u nahseb il-gist kollu ta' din l-apparizzjoni intilef x-imkien il-bidnijja jew mall-kunvent tal-patrijiet ta' san guzepp.

izda dak il-hin kien hemm certezza kbira. Elijja kellu lista ta' ismijiet u kollha b' salib iswed ma genbhom.

Kont naf x'irrid

izda jkun hemm bzonn is-sahha tal-hsieb u konvinzjoni tar-ruh.

lest biex nilqa' s-seba snin tal-ghaks. anke jekk bhalissa jidhru 'il boghod hafna.

Imbghad dehret it-tabella li timmarka t-territorji tar-rahal. u nzilt bil-mod min fuq il-muntanja.
ghaddejt mic-cpar tal-fidda u hallejt il-memorji warajja. ergajt ghal qalb huti l-bnedmin u lehen mose ma bqajtx nisimghu.




Σ

0 Comments:

Post a Comment

<< Home