Wednesday, July 20, 2005

Noqomsu qalb l-Ewropej prt I

- Köln

Hawn kwazi ili xahar ma nharbex xi haga lewz! Kellna wisq fuq idejna.

Kollox ta' malajr, u min qalb l-ingravajjet u l-bakkaljaw ta' frankfurt spiccajna go Köln, li qisu qed nghidu l-mosta tal-germanja.
mhix bil-fernezija ta' belt kbira u kulhadd rilassat u kuntent li wasal is-sajf.

gbidna l-attenzjoni u n-nies riedu jkunu hbejbin maghna. il-qghada hadniha wkoll u tlajjar fis-sieghat bikrin tal-jum hadnieh f'idejna. Turisti b'differenza u l-mappa hallejniha f qiegh il-bagalja.

Izda ahna morna hemm ghall-festival wara kollox. Kienet dinja ghal kollox differenti mil-bqija tal-belt. F'nofs ir-rastafari, l-bumbuklat u selassie. rewwixta fuq il-kapitalisti f'nofs ir-rhine.

Vibbri ta' barra min hawn li tiskanta kif fethu gamajka zghira qalb it-tedeski ghax qisu qas tant imorru flimkien.

Rassa helwa, ucuh imbismin u ghajnejn homor. Mhux is-soltu te u gix-pastizzi tieghi. izda xorta ghoxejt immiss u nxomm u nqattar l'gharaq hemm.

Ic-cirasa kienu l-alpha blondy li ssigillaw tmiem il-gimgha b'hafna ossignu u hrigna min hemm qisna r-rhinstone cowboys miexjin fuq l-arja.


inzommha marbuta mal-polz t'idi u nuriha kburi lil huti l-maltin.


0 Comments:

Post a Comment

<< Home