Friday, July 22, 2005

Noqomsu qalb l-Ewropej prt II

- Barcellona



X'hemm xi tghid?

Wasalna u nsejna min fejn gejna. Qlibna l-ewwel u t-tieni lingwa biex nikkomunikaw, biex l 'allo' naqilbuha ghal 'ola'.

U ergajna thallatna ma' gilda bhal taghna.

Izda hemm arja mediterranja sofistikata bi' stil. Ta' nies dhulin izda kburin b'li huma u jghassu biex ma jkunx hemm wisq indhil.

Ihozzu l-hara b'mod tant helu.

Il-gdid imsawwar mill-antik u kollox ikompli b'tant eleganza.

L-arkitettura u l'fidi.

Imbghad ghal bil-lejl li kieku ma qghadniex attenti, konna nitfixklu u naqghu. nigu bil-qeda mal-art u naraw id-dinja tghaddi min hdejna bil-mod. mhux ghax ma kienx ikun ta' pjacir ukoll.

It-triq mudluma gibditna u nsibu toqba go hajt li kien jinfedd ghal go festin zghir. mal-ewwel twahhadna mal-folla t'hemm gew. id-dj argentin tefghalna t-temp biex inhabbtu saqajna u min gol-folla taghwna t-tiltu ta' "el grande ombre" u b'sahha riduna nergghu namlu l-istess l' ghada.

qomna f'xi 3.50am.
Paniku!
harbilna l-lejl?
Hrabna ziffa ghall-imriehel ta' barcellona u qalb il-garaxxijiet u l-mekkaniks insibu ir-Razzmatazz fejn tal-balal. issa nahseb m ghadux jismu il-vibes, imma bhalu ezatt. Ken ishii ferah x-hin rana u l-lejl hlibnielu xi 140% biex inpattu tan-nofs siegha li tlifna.

sejrin lura hekk kif bdiet tiela' x-xemx ukoll. nitbandlu f'nofs triq ta' tmin passaggi, ghal taht l-art inhabbtu widnejna mal hgiega tal-metro, naghlqu l-purtieri u niehdu nghasa.

L-ghoDwa ta' wara intfajna nitlieghqu fil-gnien ta' wara l-palazz. medda ta' kilomEtru domna xi erba sieghat biex kaxkarna saqAjna min fuq bank ghal iehor infittxu d-dell tas-sigar u z-ziffa helwa li kelLna bzonn.
Tant ittantajnieha lix-xemx ghaddeJja li xeghbet u dahlet il-gewwa.

Ghax wara kollox kemm se ddum tiela' w niezel mar-rambla? Konna mrahna l-barra mic-cirku tat-turisti u ridna l-iktar traversa sewda u dejqa.

nImxu u nimxu, ghaddejna min shab ta' riha ta' bewl, skart u dlam. Izda s-sorpriza kienet helwa wisq.
insibu fetha, pjazza, u kuncert fl-aqwa tieghu fis-saghtejn ta' filghodu. Lejla maltijja taghhom, residenti ta' kull ghamla u eta jaqbzu jizfnu u jizziemlu.
il-guvni jerfa' lin-nanna fuq spallejh u t-tifel idawwar lil mama l'hawn u l hemm ghax hekk iridu.

Razz illum u razz ghada, u dejjem spiccajna patata. dorna xi tlett ajruporti ohra u ergajna spiccajna lura fil-gzira darna.


Tghid wicci se jibqa' mghafus dejjem f'din it-tbissima?


Ola!


1 Comments:

Blogger L-Ghama said...

Immorru niehdu kafe ghand Lucia u bicca hobz tqarmec kif taf thawwarilna l-Imghallma?

2:47 PM  

Post a Comment

<< Home