Saturday, November 05, 2005

Il-Politka taz-zfin

hu post imdallam wisq, u s-sinjur ried li ntuh iktar dawl. f'idejja kelli bicciet kbar ta' drapp abjad li konna se niksu kull m'hemm bihom u jien mohhi beda jigri kif stajna naghtu iktar impatt bil-linji,
'ghaliex il-linji bojod huma xi' haga ta' sahha kbira fil-feng shui ta' kamra'.


kien l-erbgha fost il-gimgha u bir-rutella f'idejna konna qed infasslu l-pjan.
wara, fil-hofra fejn jghix, semmalna muzika ezotika, u amerikana, li lili tant taffixnani u s-setting kompla zied fis-sahha.



is-sibt fil-hdax ta' filghodu kont ga qed nixxabbat mas-sellum biex dak li ppjanajna inwettquh. u l-aspettativi kien qed joghlew. Izda kien hemm xizma fil-grupp. kienu qed jheddu li kollox ikun falliment

deherilhom li l-post ma kienx addattat u bhala nies li jhossuhom benchmark ta' dak kollu li hu differenti, kien wisq qrib il-qalba tal-kummercjalizmu f'paceville.


il-lejl wasal fuqna, u x'hin dhalt jien, matt pond kien ga daqq, u jkolli nghid li kien beda jihu pjacir gmielu mill-ammont ta' gharaq li kien qed igelben ma gbinu.


u kien se jibda Hu. is-sur grant


nahseb kull min kien hemm, f'dik il-kamra, kulhadd kien qed jistenna folla kemmxejn ikbar, izda issa li hemm hemm. Anzi. kull gisem li kien hemm taht is-saqaf, kien lest biex jghati wirja tal-forma tieghu, u ma jhallix dan in-nuqqas ta' numri jtellef fil-pjacir li kien qed iqattar ghal fuq din il-ggajta.

jien ghalijja kien hemm bizzejjed. bizzejjed biex inhossni komdu f'dil-familja.

il-muzika kienet tizboq dak li kien mistenni, u kien vjagg twil b'xenarju mill-aqwa. jipprogressa minn generu ghall-iehor minghajr ma tara' l-hjata bejn il-pezez ta' drapp differenti.


kien hemm il-haddiema, li kont hdimt maghhom fil-ghodu biex nissodaw il-post. kien hemm tal-boots u l-hbieb taghha. il-gang tad-djs, u nies ohra li riedu jithalltu mal-krema.

L-ghajnejn kollha kienu qed jitbissmu u kulhadd f'diskursati twal minghajr ma jitkellem.


tal-ikhal, kellha qafasha zghir, izda kienet qed tikkumpensa ghalih b'dawk l-ghajnejna kbar. xuxitha zammitu marbut biex ma jtellifx waqt il-qbiz taghha minn naha ghal ohra tal-art taz-zfin.
gbidtha u kkonversajna. il-kliem li ghedna kien biss biex ngharrxu widnejn xulxin, ghaliex x'hin dawwart idi maghha biex nafasha, ghedna kollox li kellna xi nghidu. qisu uploadjajna l-feelings ta' xulxin f'dik it-tghanniqa.
hi kienet qed tixghel il-kamra bhall-parruccana l-ohra li kien hemm hemm gew. xemghat jarmu d-dija.


il-ministri li kienu opponew il-post, ukoll spiccaw cedew u nghaqdu maghna. hadulna b'idejna u taptapna fuq spallet xulxin bhala gest ta' hbiberija li ma kinitx se tonqos minhabba kunflitt daqshekk zghir u iktar issudajna.


il-markiz wahhal swabatu mal-bar, u sibtha difficli biex inzerzaqlu xi' kelma xi' kultant ghaliex il-hin kollu kien qed jghaqqad in-nokkli tieghu man-nokkli li kellha ta' wara l-bar. xbejba zokkra b'ghajnejn fondi u mimlijjin hajja, li kienet qed tixxengel u timbaram mar-ritmu li kien qed jitfalna s-surmast.


hlewwa tnixxi minn kullimkien.
anke lis-surmast taz-zurrieq gbidtu u parlajna daqs li kieku kien ili nafu zmien twil u lena ghamxitna bil-kaxxa tal-lutretti biex ikollna rikordju


se jkolli nieqaf, ghax qed jigi qisu cake
min dak li tant ikun fih zokkor ohxon u bnin fil-qoxra, tant ikun fih gewz u perlini, li ma tkunx tista' tihu wisq minnu ghaliex ikun helu wisq, izda xorta tkun trid aktar.

you know what that is, but you still want some, you just can't get enough of that lovey dovey stuff




Θ

2 Comments:

Blogger zaren said...

'you know what that is, but you still want some, you just can't get enough of that lovey dovey stuff' - mid diska 'discotheque' tal U2

9:31 PM  
Blogger L-Ghama said...

Il Zar, fej hadtni b'dawk kliemek imzewqa! Kburi li kont parti minn dak il-kejk ezotiku, zewg zokkriet jizzerzqu qalb il-perli u lintrita, il-frak tac-cikkulata u l-icing jahraq!

Deh! Li kieku jisimghu l-bxara u jhaddnu maghhom il-Mechanics of Freedom flok jikkundizzjunaw rwiehhom mill-Cogwheel of the Past!

11:39 AM  

Post a Comment

<< Home