Tuesday, November 01, 2005

Tmien 'il Bidu

u nicky iddecieda li jghajjtilha gurnata, u jieqaf mit-tmexxija tieghu tal-veccja.


Qattajna wisq lejliet helwin din is-sena. Fuq it-tarag li kellna ndeffsulu bocca f'halqu, biex ma jkunx jista jghid x'avventuri ra.

il-puggaman li minnu stajt tara fil-mewg lajman tal-bahar, ir-riflessjonijiet tad-dwal ta' faccata. tat-telgha tax-xemxija, li iktar ma kien jaghfas il-hin ta' kull serata, iktar kien isahharni. anke jekk harsti tkun misruqa minn fuq spallejn xi guvnotta li dak il-hin inzertajt kont qed nithaddet maghha.

kellna nsellmu 'l dawk is-siggijiet tal-qasab, li r-riha ta' alkohol qatt ma setghet thallihom ghal kollox. dak il-bar li konna nistriehu mieghu biex naljenaw ftit il-menti minn xi halq ta' xi sinjorina li kien inhallilha mill-irbit li ggib maghha x-xemx.

trufijiet ta' Muziki li ffondajna fihom u orizzonti godda li ftahna biex nibqghu niskopru u jkollna xi nsoffu sakemm nergghu naghmlu iz-zjara taghna.

pjanijiet li wellidna waqt li s-swaba t'idi kienu qed jilaghbu mall-fili tal-madum ta' fuq il-bar. Sa l-ahhar tas-sajf, il-muskoli kien ghadhom ma drawx, li jekk nintefa' ghal hin tawwali fuq dawk l-eghtiebi ta' hdejn il-bieb, kont se nsibha bi' tqila biex nerga' niddritta.

Izda quddiem dan ix-xenarju stupend, kien hemm ukoll in-nies. ta' kull razza u ghamla ghamlu iz-zjajjar taghhom lejn dawn l-erba' njamiet hiergin il-barra mill-gholja.

id-diskursati fondi, u mhux daqstant fondi li jien kburi li kont parti minnhom. It-taghlim, u l-esperjenzi li kienu jitparrtu bejn il-parruccani u l-mistednin.


izda qed insibni nehel. ma nistax insib kliem helu bizzejjed biex insawwar il-memorji li ghandi jigru wara l-kappell t'ghajnejja, x'hin inbexxaqhom.

seta' jnaqqaxha fuq l-injama sewda ta' hdejn il-bieb. Ghaliex nies li ma kienux jinhaslu fl-awra fonda ta' dan il-post, kien ikollhom l-istess kelma xi jlissnu: relax.

izda din kienet biss il-qoxra ta' barra, it-tapp, jew l-intrata, ghall-hajja li kienu jfuru biha il-pori ta' dan il-post.


'l-energija kollha spiritwali tal-Mediterran tikkonvergi f'nofs dal-bahar, ghal nofs l-Arcipielgu, ghal nofs it-tarag ta' fejn il-veccja'



hAJR

1 Comments:

Blogger L-Ghama said...

Nissieheb mieghek, sieheb, f'dan l-innu tieghek. Demmi jbaqbaq fiha bl-entuzjazmu tal-orizzonti godda li kejjilt hemmhekk. Illum il-gurnata nhossni bhal student li spicca z-zmien tas-sekondarja u hareg mill-iskola fid-dinja ta' barra b'vizjoni... with an attitude... The Attitude.

Jah! Rastafar-I !!!

1:50 AM  

Post a Comment

<< Home