Foglemps u wajpers
anke jekk ikun fuq ix-xejn, xorta fettilli li nikteb xi haga. ghax qisha t-tahdita s-sewda baqghat l-ahhar wahda u hallietna b'tghoma hazina.
jien nipprova nhallih persentagg reali u ma kull ghaxar posts buzullottisti nitfa' wiehed naqra itqal halli kollox jibqa' taht il-perspettiva u nibqghu fir-realta.
ergajt qed inhossni mifni u mitluf (b'mod sabih jigifieri, u mhux naghmel xi lejl shih nircievi l-msgs isaqsuni hux kollox sew) fil-muzika. Vjagg li qatt ma nghejja nimxi, nigri u naqbez fih.
kienet gimgha intensa hafna fejn nizluli xi nofs tuzzana albums b'direzzjoni gdida, u kont litteralment nigdem difrejja u nistenna li jinzlu qatra qatra halli jkolli xi jsahharni.
passjoni li ghalkemm forsi hsibt li seta' biz-zmien tonqos xi ftit, iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jgharrali.
gie d-distakk u gawdejt bl-addocc, minn tieqa li taghti ghal gol-kcina stajt ingawdi wisq.
ix-xoghol t'osservatur dejjem dhalt ghalih bi hgari u kellna dicembru helu w imhawwar sew lejn xiex inharsu.
nawgura bilanc ta' helu u morr halli ma nghejjew qatt bil-qeda u x'hin nigu biex nikxfu snienna ma jkollnix qtugh ta' laham.
il-kuragg li jittiehdu decizjonijiet iebsin, anke jekk is-socjeta ma tinkoragginiex fihom
u d-dispozizzjoni li nkunu helwin u gentili anke meta jkun mistenni minna li nizblu u naqilbu l-mejda.
amen
π

1 Comments:
waqt li ktibt din il-post, fl-arja ta' madwari, tistimulani, tinkini, taqlibni zaqqi l-fuq u tgharraxni, kien hemm din ghaddejja: El Kado - Caravane.
ma nistax nispjegha iktar x'hass thallili go fijja.
Post a Comment
<< Home