Thursday, January 26, 2006

mill-kesha l-qawmien

in-numri tat-temperatura wara l-ahbarijiet tat-tmienja ma jistghux inaqqsuhom iktar u kulhadd b'imniehru ahmar mghaggeb bil-kesha li trid tidhollu fil-mudullun.


il-gimgha ma fihiex jiem bizzejjed u Kelli nippjana sew biex inlaqqat minn kollox, ghaliex swaba ghazzenin isiru ghodda tax-xitan.

u zammejt gurnata biss ghalijja, l-bqija qassamthom biex jieklu l-masses
anke qabel ix-xift tal-afternoon, fejn issoltu nibqa' rieqed, irnexxieli niftah spazju biex ikun hemm il-kumdita


u qisu kien bhal krexxendu f'din l-arti li hi l-hajja.
bis-sahha zzid minn gurnata ghal-ohra, u daqqa nixeghlu musbieh, daqqa blandun, jew huggiega kbira.
b'irkupptejna mcapssin bil-hamrijja niedja, bilqeda naraw il-lizar, jew inlabalbu fuq tazza nbid mizza qisu ghada mhux se jasal.


x'hin minghalija se jaqbizli l-kustad bin-nuqqas t'ikel, jitfghuli t-torti, il-kejkijiet, u kull hlewwa li tista' tinhaseb.

bic-cirasa nasal ghaliha s-sibt fil-ghaxija ghax il-hbieb antiki qisu nizlet fuqna l-ghaqda u l-paci u nkomplu fejn hallejna.



'There is good reason to believe that people's personalities do change around the time of the full moon because it creates the optimum lighting conditions for feeling carefree and mischievous'
John Roach ghall-National Geographic News, 6 ta' Frar, 2004



Ω

Wednesday, January 18, 2006

Linji

- 'isse... jekk jarrestawna?...tuf xi jgibiw fil-gazzetteh?
"il-pulizija arrestut gix t'irgijel te' seba w ghuxrin sene..."

mel' ahna rgiel jew??

ehne udna tfwol!'

Thursday, January 12, 2006

Tahziz ta' matul il-jum

niftah biex insib bieb maghluq
tmidd idejk ghax-xoghol u jnewlulek banana~
pushing my love aside - it's complete
norbtu lsienna fil-gholi ha nitilghu
cry baby cry spiller
jilqa' b'idejn berah is-sahha u d-djufija;
sincerita tincita l-ostilita
juzaw lenti hadra biex il-werqa ma jarawhiex safra
i'm a peace loving decoy ready for retaliation
l-assignment ta' did-darba trid issib sens fejn m'hemmx
without the truth of the eyes, happyfolk were blind.
si vous m'ecrivez, je t'ecrivez
Φ

Monday, January 09, 2006

Foglemps u wajpers

anke jekk ikun fuq ix-xejn, xorta fettilli li nikteb xi haga. ghax qisha t-tahdita s-sewda baqghat l-ahhar wahda u hallietna b'tghoma hazina.

jien nipprova nhallih persentagg reali u ma kull ghaxar posts buzullottisti nitfa' wiehed naqra itqal halli kollox jibqa' taht il-perspettiva u nibqghu fir-realta.



ergajt qed inhossni mifni u mitluf (b'mod sabih jigifieri, u mhux naghmel xi lejl shih nircievi l-msgs isaqsuni hux kollox sew) fil-muzika. Vjagg li qatt ma nghejja nimxi, nigri u naqbez fih.

kienet gimgha intensa hafna fejn nizluli xi nofs tuzzana albums b'direzzjoni gdida, u kont litteralment nigdem difrejja u nistenna li jinzlu qatra qatra halli jkolli xi jsahharni.
passjoni li ghalkemm forsi hsibt li seta' biz-zmien tonqos xi ftit, iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jgharrali.



gie d-distakk u gawdejt bl-addocc, minn tieqa li taghti ghal gol-kcina stajt ingawdi wisq.
ix-xoghol t'osservatur dejjem dhalt ghalih bi hgari u kellna dicembru helu w imhawwar sew lejn xiex inharsu.




nawgura bilanc ta' helu u morr halli ma nghejjew qatt bil-qeda u x'hin nigu biex nikxfu snienna ma jkollnix qtugh ta' laham.

il-kuragg li jittiehdu decizjonijiet iebsin, anke jekk is-socjeta ma tinkoragginiex fihom

u d-dispozizzjoni li nkunu helwin u gentili anke meta jkun mistenni minna li nizblu u naqilbu l-mejda.
amen




π