Wednesday, March 14, 2007

Dellijiet u ticrit quddiem il-bieb tad-dar

Mhix qieghda fi stat dilapitat, darna, izda jinhass in-nuqqas ta' handy man. missieri ga qabez tlett xhur 'il boghod minn xtutna. kien jinhass xi kultant.

sibna bicca gebla sitt pulzieri b'erba fuq il-bankina, isserrah mat-tyre tal-karrozza l-gdida tal-purtinar. Kien isibha komda jipparkja quddiem id-dar taghna, izda kien ixoqq l-gharaq ghalih kieku ra' din ix-xena.

Kienet waqghat mill-gallarija taghna.

il-kbir Alla ried li ma jkunx hemm konsegwenzi koroh fuq din il-bicca xoghol, ghaliex seta' kien hemm hafna iktar hsara minn hekk. it-triq taghna traffikuza, izda ghamel mod li dak il-hin ma kien ghaddej hadd u ghaddiet bi zbrixx minn mal-karozza u aqqas hawn ma nholqot hsara.

Ommi kienet qed thossha responsabbli u kienet tidher li tixtieq li kien hemm missieri halli jiehu kollox f'idejh u jirrimedja.

jien ma dehrlix li kien hemm iktar periklu izda hi dehrilha li ma dawn l-affarijiet ma ticcajtax u marret issaqsi l-parir ta' Louise, il-pulizija user friendly tar-rahal taghna.

hassitha hafna iktar kuntenta u sodisfatta waqt li kienet qed twaqqaf zewg gebliet taht il-gallarija taghna u torbot it-tape maghhom 'pulizija police pulizija police' li ddubbat mill-ghassa tar-rahal. ghall-inqas issa kien hemm xi forma ta' twissija.


-


Anke jekk kienu ga saru l-ghaxra ta' filghodu, xorta ma nifrahx meta ommi tigi tparla f'kamarti u tnaffarli l-isbah nghasa tal-gurnata. izda din kienet hag'ohra.

ir-rahal kien qam fuq ponot subajh, kien ghatxan ghal verita, ma kienx jaf b'fatti u l-ahbarijiet tal-ghaxra ta' filghodu ma kienu semmew xejn. issa kienu qed jistennew l-ahbarijiet tal-hdax forsi jitfa' xi dawl fuq il-kurzitajiet taghhom.

Hekk kif dehret ommi fuq l-ghatba ta' connie tal-grocer, in-nies baxxiet lehinha, izda forsi setghet titfa' xi dawl.

'x'inqala mar? kif ma semmew xejn l-ahburijiet? mir-rehel taghna kien? jew xi frustier?'


-


Konna intlifna. Fil-kantina umda u b'dik il-kesha fina ta' xitwa li bdiet tard. tlett sieghat kienu taru. izda dvds politikament skorretti kienu l-hobz biz-zejt ghalina. infaqqghu id-dahk fis-sieghat ta' fil-ghodu quddiem it-televixin qisu ghada hadd m'hu xoghol.

izda kien sar wisq hin u kelna nitfu kollox. nibghat lill-shabi f'darhom halli jien inkun nista' nigbed ftit irqad. Xorta f'burdata ta' burdell, bi tbissim maqsum ghedtilhom biex joqghodu attenti huma w hiergin minn darna, ghax it-tape li kienet ghamlet ommi kien xhieda ta' delitt fahxi quddiem biebna, u jien dort biex nitla' norqghod.

Izda f'widnejn hija nstemghet tajba wisq din u hass li ma kellhiex tieqaf hawn.


girja wahda sal gnien.
bicca gibs.
kevin mal-art fuq il-bankina.
sakemm immarka l-outline tieghu pass il-boghod mit-tape li kienet ghamlet ommi.


u kulhadd mar jorqghod kuntent u sodisfatt.