Monday, November 21, 2005

Burdnara f'nofs ta' lejl

Qbizna l-knisja tal-konkos u nzilna fi dlam cappa fit-triq lejn il-mizieb u hadna kisra biex sibna xi erba karozzi mitluqin madwar kamra.


jien u l-ministru l-iehor inzertajna xoghol fl-istess xift. kien is-sibt fil-ghaxija. qisu diga kellna f'mohhna x'se jsir, izda ma kien hemm xejn cert peress li xi haga differenti.

irhejnielha bl-istess karrozza u fi triqitna, ghaddejna sal-kazin tal-annunzjata biex ingibu xi refreshments maghna, il-flixkun kaxxa li ahna tant inharsu lejh b'ghozza.

in-nies t'hemm kienu bic-coff m'ghonqhom u bil-warda fuq sidirihom u hdejhom qtajna mill-kuntrast izda ma konniex inqas minnhom. anzi. Il-kurzita tqanqlet ghal fejn kienet id-destinazzjoni taghna. informazzjoni li baqghat mistura.


min god-dlam bqajt diehel bl 'i love my terios' sa quddiem il-bieb ezatt, u kull ma kien jonqosna kien li jifirxulna t-tapit l-ahmar. izda t-tapit ta' tbissim li kien hemm jilqana kien bizzejjed. konna gibnielhom il-merkanzijja kollha li kienu qed jistennew biex il-lejl taghhom jiehu dik l-ispinta 'l quddiem, il-burdnara bil-merkanzija s-sewda.

kwazi ma konna nafu 'l hadd fost dawk ig-gix tuzzani pari ghajnejn imbismin, izda ahna konna lesti biex nitilghu fuq il-pulptu mhejji ghalina u nghatu ir-rispett taghna.

razzett mohbi qisu ghadu qed jitranga bil-mod, izda dawn iz-zaghzagh kienu hatfu l-opportunita. u nbidel f'kappella tal-pjacir. b'dak id-dawl batut izda hlejju, muzika lixxa u korpuza li biz-zmien iktar bdiet tihrax izda zzomm certu sofistikazzjoni. Kien hemm ukoll vibe ohxon fl-arja, li kellu miktub fuqu 'hawn jinsab l-ahhar waqfa tal-pjacir'

ghamilna l-warming up taghna u ntfajna ghassa mal-bieb minghajr ma ndunajna. kull darba li xi hadd johrog jew jidhol mil-bieb kienet qed tinbeda tahdita. minghajr silenzji bejn wahda w ohra u kollox qisu bhal ghagna ta' artist li kien qed jghagen il-kapulavur tieghu

Hassejt li kien se jkollna problema tal-lingwa il-ghaliex dawn in-nies, ghalkemm maltin, kienet iebsa ghalihom biex ilissnu bil-malti. mhux bi ksuhat, izda ghax ma jafux mod iehor.
din eghlibniha wkoll.
kien hemm is-sid, li kien lest jifrixli summary ta' hajtu quddiemi u jidholli fid-dettal fuq ir-relazzjoni ma missieru
imbghad giet it-tifla tal-mutur li qadet tidholli fil-fili ta' kif dak li kienet riekba mieghu fuq l-autobahn tal-germanja, qasamlu gurdien u kienu se jtiru, izda zamm sod.
kien hemm is-sinjorina hlejja tal-zeck daniels li wara, kien se jkollha toqghod tnaddaf minhabba iz-zijiet. u qisu kulhadd kellu xi dettal f'hajtu li xtaq jaqsmu mieghi.

nixtieq kieku nirriproduci l-iskript tal-konverzazzjonijiet kollha li saru mal-koxxa tal-bieb.
izda l-hin ghafas, u kellna f'mohhna inkomplu l-lejl f'rahal l-istorbju.

ghafasna lil kulhadd w irhejnielha lura min fejn gejna.


konna sibna bieba mwahhla mas-sema, ftahniha, u hrigna iktar 'il fuq. iktar 'il fuq mis-sema
dorna darbtejn mad-dinja u wasalna. dritt ghall-hanut fejn kellna nkomplu bil-merkanzijja taghna u ghalkemm kien hemm 'closed' kbira fuq il-bieb, xorta konna milqughin b'dirghajn miftuha.
sakemm l-isphincter dude qghad jaghti r-rapport tas-serata lil qaghdi, jien inxthett fuq il-counter, mghoxi b'dak li kont qed nara minn hemm fuq.


l-istedina ghar-razzett kienet giet mil-lejl tal-politka taz-zfin, u kulhadd kien kuntent.

kien baqa' biss l-ahhar waqfa tal-caravan fix-xibka u fil-matrix.

u dhalna wkoll u thallatna u qsamna t-tbissim mal-populin sakemm hlejna l-merkanzijja kollha.



i found my mind in a brown paper bag within,
I tripped on a cloud and fell-a eight miles high, I tore my mind on a jagged sky




¿

Thursday, November 17, 2005

L-Iktar mument hlejju

ghaddejt ghalik u inti kont ftit tard bhas-soltu. izda jien qalbi kienet tilfet tahbita x'hin qbistli fil-karozza. jien tbissimt u hallejt lill-ghajnejja jghoxew bil-figura tieghek.

inti kont qed tqalleb xi haga fil-baskett li kellek f'hogrok, u bejn xi harsa kultant lejja lissint "ghadni kemm kont qed nibki.."

Saturday, November 05, 2005

Il-Politka taz-zfin

hu post imdallam wisq, u s-sinjur ried li ntuh iktar dawl. f'idejja kelli bicciet kbar ta' drapp abjad li konna se niksu kull m'hemm bihom u jien mohhi beda jigri kif stajna naghtu iktar impatt bil-linji,
'ghaliex il-linji bojod huma xi' haga ta' sahha kbira fil-feng shui ta' kamra'.


kien l-erbgha fost il-gimgha u bir-rutella f'idejna konna qed infasslu l-pjan.
wara, fil-hofra fejn jghix, semmalna muzika ezotika, u amerikana, li lili tant taffixnani u s-setting kompla zied fis-sahha.



is-sibt fil-hdax ta' filghodu kont ga qed nixxabbat mas-sellum biex dak li ppjanajna inwettquh. u l-aspettativi kien qed joghlew. Izda kien hemm xizma fil-grupp. kienu qed jheddu li kollox ikun falliment

deherilhom li l-post ma kienx addattat u bhala nies li jhossuhom benchmark ta' dak kollu li hu differenti, kien wisq qrib il-qalba tal-kummercjalizmu f'paceville.


il-lejl wasal fuqna, u x'hin dhalt jien, matt pond kien ga daqq, u jkolli nghid li kien beda jihu pjacir gmielu mill-ammont ta' gharaq li kien qed igelben ma gbinu.


u kien se jibda Hu. is-sur grant


nahseb kull min kien hemm, f'dik il-kamra, kulhadd kien qed jistenna folla kemmxejn ikbar, izda issa li hemm hemm. Anzi. kull gisem li kien hemm taht is-saqaf, kien lest biex jghati wirja tal-forma tieghu, u ma jhallix dan in-nuqqas ta' numri jtellef fil-pjacir li kien qed iqattar ghal fuq din il-ggajta.

jien ghalijja kien hemm bizzejjed. bizzejjed biex inhossni komdu f'dil-familja.

il-muzika kienet tizboq dak li kien mistenni, u kien vjagg twil b'xenarju mill-aqwa. jipprogressa minn generu ghall-iehor minghajr ma tara' l-hjata bejn il-pezez ta' drapp differenti.


kien hemm il-haddiema, li kont hdimt maghhom fil-ghodu biex nissodaw il-post. kien hemm tal-boots u l-hbieb taghha. il-gang tad-djs, u nies ohra li riedu jithalltu mal-krema.

L-ghajnejn kollha kienu qed jitbissmu u kulhadd f'diskursati twal minghajr ma jitkellem.


tal-ikhal, kellha qafasha zghir, izda kienet qed tikkumpensa ghalih b'dawk l-ghajnejna kbar. xuxitha zammitu marbut biex ma jtellifx waqt il-qbiz taghha minn naha ghal ohra tal-art taz-zfin.
gbidtha u kkonversajna. il-kliem li ghedna kien biss biex ngharrxu widnejn xulxin, ghaliex x'hin dawwart idi maghha biex nafasha, ghedna kollox li kellna xi nghidu. qisu uploadjajna l-feelings ta' xulxin f'dik it-tghanniqa.
hi kienet qed tixghel il-kamra bhall-parruccana l-ohra li kien hemm hemm gew. xemghat jarmu d-dija.


il-ministri li kienu opponew il-post, ukoll spiccaw cedew u nghaqdu maghna. hadulna b'idejna u taptapna fuq spallet xulxin bhala gest ta' hbiberija li ma kinitx se tonqos minhabba kunflitt daqshekk zghir u iktar issudajna.


il-markiz wahhal swabatu mal-bar, u sibtha difficli biex inzerzaqlu xi' kelma xi' kultant ghaliex il-hin kollu kien qed jghaqqad in-nokkli tieghu man-nokkli li kellha ta' wara l-bar. xbejba zokkra b'ghajnejn fondi u mimlijjin hajja, li kienet qed tixxengel u timbaram mar-ritmu li kien qed jitfalna s-surmast.


hlewwa tnixxi minn kullimkien.
anke lis-surmast taz-zurrieq gbidtu u parlajna daqs li kieku kien ili nafu zmien twil u lena ghamxitna bil-kaxxa tal-lutretti biex ikollna rikordju


se jkolli nieqaf, ghax qed jigi qisu cake
min dak li tant ikun fih zokkor ohxon u bnin fil-qoxra, tant ikun fih gewz u perlini, li ma tkunx tista' tihu wisq minnu ghaliex ikun helu wisq, izda xorta tkun trid aktar.

you know what that is, but you still want some, you just can't get enough of that lovey dovey stuff




Θ

Friday, November 04, 2005

Il-Pitrolju fuq gilditha l-fina

gara qabel sifirna.


il-karti ffirmajnihom, u qbilna li kellna nitfghu kollox fil-friza. meta jasal iz-zmien taghna, kellna nergghu inbexxqu biebet il-friza biex naraw ikunx baqa' bizzejjed mir-rilejxinxipp ghalina, jew ikollniex namlu x-xopping.

izda tiskanta. inqala' minn kollox. sa gurnata qabel salpajt kienet ga nfethet il-friza u sar it-tbaghbis minghajr il-kunsens tieghi izda li xorta kien wasal ghala widnejja.

tabelli, telefonati u tweddib fuq li kien ghaddej wara l-kwinti.

ma kienx baqa soluzzjoni ohra ghajr li nigbed il-plakka halli li kien hemm gewwa, jinten u kulhadd ikun hieles.

anke jekk dawk is-sinjali kollha, wara hareg li, xejn ma kien minnhu, jien dherli li ma kienx hemm bizzejjed sahha biex jitkompla.
jien dherli li kienet l-aqwa triq ghal kulhadd, u s-sajf rembel.


gharrixt ha nara hi taghmilx xi passi lejja izda dawn ma waslux.
xejn bi kbir.
ma jimpurtax.
mela nkompli b'hajjti, il ghaliex dawn wara kollox huma affarijiet li jigru lil kulhadd

----

izda kont herqan li nerga' nigi wicc imb'wicc maghha halli nara is-swaba lejn fejn qed iharsu, u jkolli nistqarr li kont qed nimtela b' xi' ftit tama.

izda kien hemm tifel bil-lehja gix passa warajha, bil-habel f'idu biex jghin inizzel is-siparju u jghati l-konfermi tal-ahhar.

----

mela ghaliex issa qed jergghu jidhru t-tabelli? tabelli kontra l-ghasafar tal-bidu.
ma nahsibx li l-pass ghandu jigi min ghandi.

'tefa rigel il-bdot fuq spalltu u nizel bil mod lejn il-pjazza jihu te m'ghand sidor. Ghamel gurnata biha fuq spaltu. imbghad rega' lura lejn ir-remissa u taha l kelb.'



σ

Tuesday, November 01, 2005

Tmien 'il Bidu

u nicky iddecieda li jghajjtilha gurnata, u jieqaf mit-tmexxija tieghu tal-veccja.


Qattajna wisq lejliet helwin din is-sena. Fuq it-tarag li kellna ndeffsulu bocca f'halqu, biex ma jkunx jista jghid x'avventuri ra.

il-puggaman li minnu stajt tara fil-mewg lajman tal-bahar, ir-riflessjonijiet tad-dwal ta' faccata. tat-telgha tax-xemxija, li iktar ma kien jaghfas il-hin ta' kull serata, iktar kien isahharni. anke jekk harsti tkun misruqa minn fuq spallejn xi guvnotta li dak il-hin inzertajt kont qed nithaddet maghha.

kellna nsellmu 'l dawk is-siggijiet tal-qasab, li r-riha ta' alkohol qatt ma setghet thallihom ghal kollox. dak il-bar li konna nistriehu mieghu biex naljenaw ftit il-menti minn xi halq ta' xi sinjorina li kien inhallilha mill-irbit li ggib maghha x-xemx.

trufijiet ta' Muziki li ffondajna fihom u orizzonti godda li ftahna biex nibqghu niskopru u jkollna xi nsoffu sakemm nergghu naghmlu iz-zjara taghna.

pjanijiet li wellidna waqt li s-swaba t'idi kienu qed jilaghbu mall-fili tal-madum ta' fuq il-bar. Sa l-ahhar tas-sajf, il-muskoli kien ghadhom ma drawx, li jekk nintefa' ghal hin tawwali fuq dawk l-eghtiebi ta' hdejn il-bieb, kont se nsibha bi' tqila biex nerga' niddritta.

Izda quddiem dan ix-xenarju stupend, kien hemm ukoll in-nies. ta' kull razza u ghamla ghamlu iz-zjajjar taghhom lejn dawn l-erba' njamiet hiergin il-barra mill-gholja.

id-diskursati fondi, u mhux daqstant fondi li jien kburi li kont parti minnhom. It-taghlim, u l-esperjenzi li kienu jitparrtu bejn il-parruccani u l-mistednin.


izda qed insibni nehel. ma nistax insib kliem helu bizzejjed biex insawwar il-memorji li ghandi jigru wara l-kappell t'ghajnejja, x'hin inbexxaqhom.

seta' jnaqqaxha fuq l-injama sewda ta' hdejn il-bieb. Ghaliex nies li ma kienux jinhaslu fl-awra fonda ta' dan il-post, kien ikollhom l-istess kelma xi jlissnu: relax.

izda din kienet biss il-qoxra ta' barra, it-tapp, jew l-intrata, ghall-hajja li kienu jfuru biha il-pori ta' dan il-post.


'l-energija kollha spiritwali tal-Mediterran tikkonvergi f'nofs dal-bahar, ghal nofs l-Arcipielgu, ghal nofs it-tarag ta' fejn il-veccja'



hAJR