Wednesday, February 22, 2006

Fil-Kapitali tal-ewropa medjevali

imdawwar b'dal-bini
li suppost qieghed ghall-folol
l-artistokrazija u xerrejja
sema iswed
bi shab jahbi l-qamar
u b kesha trid tin~fed go ghadamna
il-lejl jisfen hdejna

nigbed bil-mod minn idejk lejn x'imkien
ghal ghonq it-triq
izda bla raguni
ghax ir-raguni qeghda hdejja< it-toroq qeghdin hemm biss ghalina


ghax il-migghema ga marru j/orqdu
izda dan ir-renju taghna ghalina

swabatna jizfnu z-zifna fil-pala ta' xulxin#

id-dawl ghall-iskultura
isib poezija isbah∞

u tixghellek wiccek u ghajnejk

b'hofra kbira go l-istonku

b'demmi jbaqbaq 'naqra iktar milli suppost

nigbed lejja u naghfsek f'dirghajja

il-kesha ghadha ma lahqitniex
u s-shana li qed narmu madwarna jibdel il-lejl fl-ghabex

is-smewwiet jghiru ghalina
u s-shab irid jibki fuqna
jien inkompli nigbdek minn kantuniera ghall-ohra
ghax irrid ingawdi √ kull tbissima tieghek

kull harsa
u kull ghafsa tal-id

Fil-fortizza tal-arkitettura w ispirazzjoni
taghna

Thursday, February 16, 2006

dqiq fl-istonku

Kien hemm iktar minn zewg grajjiet li rrakkuntajt bil-fomm u kienu se jinzlu hawn, izda jigi ghawdex u jitfa' l-lizar fuq kollox.

bilfors kellha tkun tajba, u taghuna dak kollu li ridna, anzi, anke dak li stennejna bla ma ridna. ktajjen u ghaqda, u zokkor, u dqiq u anke xi naqra mill-iehor ukoll.


u wara t-tieni lejl sod, li suppost kellna nzommu kemmxejn ir-riedni lura, imma nahseb insejna.

cemplu lil charlie mill-ghassa ta' ghajnsielem.
Il-pulizija kienu gejjin ghalina!

biex jaghtuna lift mix-xewkija sa ghajnsielem. halli wara li nghidu kelmtejn mal-barri, nigbru l-sehibna li kien hasiblu kmieni biex imur jghati daqqa t'ghajn l-ghalqa.


qas gbarna saghtejn fuq l-imhadda u kellna naqbdu l-pinna f'idejna u ninzlu malta ghax-xoghol. izda dewmien u arlogg hazin kien bizzejjed biex naslu tard u naghmlu erba' sieghat b'denbna taht il-blata.


imma kien baqa xi jsir, u ergajna cekcikna r-rampa tax-xini biex inkomplu fejn hallejna.


l-ghejja tat-tielet lejl harget tizfen quddiemna, izda bl-istallet bejn snienna, xorta ridna niehdu sehmna. u hrigna ta' rgiel.

qisha l-fibbra dehret fjakka x'hin dorna wara l-kantuniera u sibna ghaxar pulizjotti jxejru it-torcijiet. meta jahasra kull ma ried, li jitghallimha darba ghal dejjem, jekk triq il-wied hix birkirkara jew le.

dejjem ikun murtal f'direzzjoni differenti. u jien ha naghzel li ma nibqax nixxabbat mal-hajt li qed titfali quddiemi.

issa z-zmien rembel, u ma nahsibx li ghandi nibqa nipprova bil-fildiferruwwa forsi niftah is-serratura.



imma l-qaghqa dornieha sew. u kulhadd kuntent u mbissem. u hallejna 'l ghawdex warajna jistenniena, sakemm nergghu niltaqghu malajr, bhal ma l-omm tistenna 'l uliedha.



δ