Tuesday, June 21, 2005

Selmun: il-grajjiet ta' wara

Kien ilna min jannar nithaddtu mal-unions u ma nuru l-ebda sinjal ta' kooperazzjoni maghhom, izda waslet u kellna mmorru bil-fors.

mhux bizzejjed li n-nies tax-xoghol inqatta' maghhom xi 72.35% tal-hajja cara tieghi, riduni norqod maghhom ukoll.

allura kellna bajda mimlijja daqs gurnata, b' lectures u team building workshops, norqdu naqra, u nkomplu biex naghqdu ofstanhar iehor ta' tghaffig fix-xemx, b' tankijiet, fliexken u hbula fuq il-blat fix-xemx tizreg.

izda anke issa li qieghed fil-withdrawal symptoms tal-weekend, ukoll ma nistghax nghid li kien nieqes mil-pjacir, anzi.

kilna ezatt x'hin nizlet ix-xemx, u tal-mejda t-tonda kulhadd ingabar f'kamartu biex 'l ghada nkunu friski. ahna ghamilna l-istess, ghax qisek trid torqod siegha, qabel tohrog tizzaghbel bil-lejl hux? u rridu nikkalkulaw li fxi 7.30am ikun hemm il-brejkfaast jistenniena. jigifieri wara dak il-hin, ma nistghux nidhlu zgur.


kien qisna grupp tfal qatt ma hrigna mid-dar (jekk namlu -2 dan l-istatememnt ma jkunx fittizju), imma allura? bhal meta fis-sekondarja mmorru naraw xi muzew jew xi sit arkeologiku, u fil-private ikun il-climax kollu, inkantaw parlaparlament u dak li kien hemm dak iz-zmien.

l-area hraqniha u hadna b'id kulhadd biex zgur hadd ma jkollu l-iskuza li ma raniex.

qisu qas irrid nidhol wisq fid-dettalji, ghax il-collage trid tarah mil boghod biex tifhmu. imma nispera li ma tergax tigrili din tal-mental block ghax ghalkemm il-lewza nhobb tant indur maghha, huma id-dettalji li jaqtghu l-inkwadru.

Mid-dehera part 2 kellha tkun iktar impenjattiva, u hi tal-iskantament kif naqra bajd u bacon ihalli dak l-effett fuq certu nies.

Tmashnu u argumentaw, u naqta' ghonqi li kienu qed isemmu punti validi mmens. in-nofs tuzzana pari ghajnejn imbexqin li ma riedux jilmentaw u jkomplu l-argument, mhux ghax ma kienx jinterssahom. forsi nghamluha darb'ohra.

jien dak il-hin kont qed nippostja il-memorjji u l-hass ta' xi' erba sieghat qabel, halli nkunu nista nsibhom iktar 'il quddiem.

ghandi feeling li nahseb taghllimna xi haga.



~h"

Sunday, June 12, 2005

Il-Kastell fuq l-gholja

aqqalmadonfecc!

Iktar ma nobghod nikteb bloggs twal. izda ma jkunx gust li nhalli xi' farka barra. ghadni mitluf fil-pjacir. bhal shab folt imdawwar mieghi. ewforijja.

Dawn it-tigijiet ihobbu jiehdu xejra ta' xi mozzjoni ta' fiducja fil-parlament. fejn kulhadd jikkonferma l-qawwa tieghu, kulhadd johrog l-ahjar fuq l-ixkafef tal-fiera minghajr ma nikkompetu kontra xulxin. qisha bhal sinfonija helwa li mill-preludju turik il-kwalita ta' gulebb li se toffri.

ghalkemm jista jkun li kien hemm hafna raba saqwi tal-imaginazzjoni, xorta wahda kien hemm hafna sess bl-adocc, bl-ghajnejn (#1).


f'hin minnhom tefghatni (#2) ghal tuli u bdiet tahxini bla razan, imma kliem mill-inqas. Naturalment, dawn kienu biss pontijiet, u bl-ebda mod ma kien il-limitu, dak qbiznieh u qas bqajna narawh.

intavolajt ix-xejriet maskili li nsib fit-tfajliet, li lili tant jigbduni. imma din (#3) kellha l-mizien ezatt jahasra. kwazi tibza' li jarrestawaha ghax perfetta wisq. perfetta fil-bilanc bejn dak li hu maskili, izda xorta b'dawk ix-xinxilli u l-fufu li jamluha mara.

x'hin hrigna minn avalon xejn ma naqqas mis-sahha. dak is-sultan li bil-lejl ibiddel u johrog jithallat mas-sudditti tieghu biex jara il-fehmiet taghhom.

iz-ziffa li bdiet gejja mil-loggja niggzitni biex nigbidha (#4) fil-kampnar u nuri d-devozzjoni x'hin giet kartabun mieghi.

il-muzika ma baqghatx stampa fuq il-hajt izda hadet il-hajja u ghexet maghna. forsi ghalhekk? forsi ghax kucho baqghat tinsisti li she'll soon start playing with herself?

slippery nipple, blue wave jew xi pinapina.


il-harsa forsi ngibha jien, ix-xaghar forsi ggibu int, izda x'se naghmlu ghal mustacci? daryll u john oates ukoll qablu maghna.



qed nibza' naghti titwila halli nara xi ktibt illum, ghax nahseb gie jidher mahmug wisq.
izda malizzja ta' xejn jahasra, ghedtilha (#5) twaqqafni ezatt quddiem il-bieb tad-dar u kont qed nistenna d-daddy johrog jittawwal mil-gallarija. ghalhekk faqqajna bowsa, fakkarna fl-isponsors taghna u ghalaqna l-programm.


imbghad kemm inroxxulha (#6) farka pitlorju fuq dik il-gilda tant fina, u ntuha sulfarin


cekirawt!

i

Wednesday, June 08, 2005

120 hours of Sodom

imnalla ghadu m'hemmx restrizzjonijiet fuq is-sieghat li nistghu naghmlu nizzaghblu, ghax kieku konna norqdu l-furjana.

bdejna mil erba u bqajna sejrin sal erba tal-gimgha ta' wara taht it-tmexxija tal-markiz de charles. xi' kultant inbexqu kemm kemm ghajnejna, u nergghu inqumu b'izjed energijja ghatxana ghal aktar.

u l-bukkett kien imzewwaq wisq

kemm jien tond!
kemm int tond!
tinstemgha differenti hux? heq, skond min jghidha.

u ried jihu l-ewwel tqarbina bilfors, deher sodisfatt bit-twemmin il-gdid tieghu, u kien qalbieni fil-fidi.

l-ghada zgiccajnielu l-parker, izda fil-pront hrigna mal-kancell biex incanfruh tan-nuqqas t'attenzjoni, u dlonk ergajna lura ghall-karozza biex ikompli jikber l-istagghib tieghu.

forsi ghaddew ghoxrin minuta? u stajna nohorgu biex nghatu bidu ghal lejl taghna fil-kapitali tal-hazen.


u x'sibt. kellna c-cerimonja tal-ftuh f'tal qali wkoll. bil-krema wic-cirasa: 'ma tahsibx li ahna kbar wisq ghal hawn gew?'

izda grawnd helu ferm, fejn tista tibdel il-pozizzjonijiet b'lehha u b'facilita liema bhalha. daqqa nilghabu mal-linja, jew inkella naghfsu fuq l-offensiva. u fuq sitwazzjonjiet ta' ballun wieqaf urejna li kapaci wkoll.


f'jum il-mistrieh kien imiss il-ponta ta' malta biex incafcfu u nitbahbhu. izda ghazilna li nitbeghdu min dawk ta' rieda soda u ssett li smajt kienet xi haga li ilha hafna ma tigri. draw ta' xejn b'xejn (half time 0-0) izda loghba ta' min jirrekordja u jitghallem.


l-apice intlahaq it-tnejn

qisha laqgha tal kumitat, kulhadd ta' gewwa. konna it-3 ringo boys. izda kulhadd ried isir jafna ahjar. 'bhal dan ghandna iehor, u, ovvjament int mistieden'. tal-boots kellha wirja ohra x'taghti biex tkompli fejn halliet il-gimgha ta'qabel.

'man! that was really powerful! did it happen to you as well?'


but i'm out of my head when you're not around




r'-

Friday, June 03, 2005

Nimmolla mkaxkar

inkun irrid naqbadli l-warda ta' wicci u ngebbidha harira. Bhal speci, qed niggustak, izda iktar qed nithassrek.

dan l-immullar issa drajt sew. sirt imghallem fih, izda meta jkun tant qrib it-tkaxkir, ihassibni wisq.

ma ridtx nikteb, u ma ridtx nersaq 'l hawn.
izda mhux sew biex naghti stampa cara ta' xi jkun qed jigri f'hajti.

il-memorja tal-bniedem diga hi msawwra minnha nnifisha li iktar ma jaghddi zmien iktar iccajpar iz-zmien ikrah, u iktar tixghel b'bozzoz ikkuluriti il-hinijiet sbieh u ferrihijja. jien hawn inzomm dak li se jitlef hu.

Dawn il-bdil mill-abjad ghall-iswed tal-burdati, se jsiru l-iskoll il-gdid li rrid ngheleb

nghannaq il-qares b'qalbi kollha, ghaliex naf li b'hekk napprezza aktar il-helu.

Listen; there's a hell of a good universe next door: let's go.


8e