Saturday, April 02, 2005

L-arja tibda tehxien

u waqt li kull stazzjon li hemm fuq it-tv irid ikun l-ewwel wiehed li jghidilna li big polish boy miet, jien irhejtilha lejn ix-xemxija, biex nihu b'idejn tal-ahhar lil dawk li sejrin l-ostrejlja.

Dejjem hekk jigri. Meta mmur iktar tard min 2 hrs wara li suppost ikun sar il-meeting, insib lil kulhadd f'time continuum differenti u tkun naqra iebsa biex tifhem il-metafori taghhom.

Is-social skills kienu naqra msaddin izda mall-ewwel qisu qbadna r-ritmu qalb l-ucuh antiki u kulhadd qisu ltqajna l-bierah. Kienet kongrezzajoni helwa b'kulhadd irid juri li ghadu ma nbidilx.

L apparat li ghazilt jien ghal dil okkazjoni, kienet il-camera. ghax l-ohrajn, min kellu hand bag roza jleqq. min xi beritta biex jghatti xxaghar hafif, u kulhadd irid dik ix xihaga biex jigbed l-attenzjonji. ma photo number 3, spiccat il battery.

Nikkalkula li kien hemm average ta' 4 min-nies jiddendluli ma spallti u jtajru l-bzieq fuq wicci, on and off. L-insistenzi li kienu jafu x'qed jamlu u ghada se jftakru kollox, ma waqfux.

Nahseb dawn l-okkazjonijiet fejn kulhadd ikun sedated se jibdew jizdiedu f'hajjti, imma biex nuri li jien xorta izghar minnhom, xhin qabez il-lejl b'siegha, jien irhejtilha lejn art it-tfal. paceville.

Kelli niltaqa' mad-dj ingliz tal alley, kien is setting ideali. hu kien ghadu xoghol, jigifieri kelli cans nghamel id-dawra tal-ha"ra kif irridha jien. Izda sakemm wasal iz-zmien li jibda propja l-lejl, ergajt ftakart li kien ili zmien li tlaqt mid-dar, u hekk kif qabzu l-hamsa, kelli ningabar lejn l-ghorfa halli nerga nsib lili hemm.

bhala bidu ghal-tmiem il-gimgha ma nistghux ingergru, Tminus62hrs lets go!

0 Comments:

Post a Comment

<< Home